Il-Gvern, qal Joseph Muscat, qed iqis l-options kollha fil-każ tal-immigranti li daħlu illum mil-Libja.
Dan jinkludi l-option tal-push-back.
Il-fatt biss li ikkonsidra l-option tal-push-back, jiġifieri li jibagħat lill-emigranti lura fil-Libja ifisser li l-Gvern ikkunsidra li jikser l-obbligi internazzjonali li għandha Malta.
Dan jitfa dell kbira fuq il-kredenzjali demokratiċi ta’ Joseph Muscat u l-Partit tiegħu.
Qed insemmi lill-Partit tiegħu apposta. Għax ħadd mill-partit tiegħu ma qam f’din is-siegħa tal-prova. Ħadd ma qam u iddisassoċja ruħu minn Joseph Muscat. Ħadd ma qam u qal li Muscat hu żbaljat.
Jgħaddu s-snin u forsi xi ħadd jikteb biex jgħidilna li hu ma kienx jaqbel, iżda baqa’ sieket. Is-skiet tal-Membri Parlamentari u tal-Uffiċjali tal-Partit Laburista hu wieħed li jtarrax.
Il-ħtija hi kbira u mhix ta’ Muscat biss. Hi ukoll ħtija ta’ dawk kollha ta’ madwaru li jinkinawlu.