Il-maġġoranza tal-Maltin iridu li l-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf darba għal dejjem.
Is-survey li kien ġie ippubblikat mill-gazzetta Malta Today wera li fil-fatt, 59.8% tal-votanti jivvutaw biex il-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf.
Għalhekk fuq stedina ta’ Alternattiva Demokratika beda l-proċess biex jinġabru flimkien l-għaqdiet ambjentali ħalli flimkien jiffurmaw Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Dawn bdew jinġabru bil-mod. Qegħdin jiltaqgħu u jiddiskutu.
Kif l-għaqdiet ambjentali ilestu u jieħdu d-deċiżjonijiet, flimkien nibdew it-triq li twassalna għal referendum abrogattiv, jiġifieri referendum li jħassar minn fuq il-kotba tal-liġijiet ta’ Malta r-regoli li jagħmluha possibli li jkollna l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Bil-vot tiegħek tista’ tagħmel dak li l-ebda Gvern ma kien kapaċi jagħmel s’issa. Tista’ tgħid le għal kaċċa fir-rebbiegħa.
Għax l-għasafar tagħna lkoll.