Kaċċa fir-rebbiegħa? Le Grazzi!

2013_04_21-Pallid-Harrier_1-sm

Alternattiva Demokratika dejjem kienet kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Għax mhux sostenibbli. Għax hi kaċċa li ssir meta l-għasafar ibejtu biex jitkattru. Għax mhux permessa mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar l-Għasafar.

Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista ilhom snin twal jinċensaw lill-kaċċaturi u ma kienux kapaċi jdaħħlu fuhom sens ta’ dixxiplina. L-inċidenti ta’ kaċċa illegali ma seħħux b’kumbinazzjoni iżda għax uħud rabbew l-arja li għalihom ma juista’ ħadd.

Il-PN fil-Gvern kien iħallas lill-kaċċaturi ammont ta’ flus kull sena bħala l-konsulenti tiegħu. Il-PL fil-Gvern iktar moħħu jfittex il-loopholes biex jara kif jista’ jġġustifika kollox.

In-nuqqas ta’ azzjoni  tal-PN u l-PL jista’ jkun rimedjat permezz ta’ referendum abrogattiv, jiġifieri referendum li jħassar l-avviż legali dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Għalhekk il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Alternattiva Demokratika illum għamlet sejħa biex dawk li bħal Alternattiva Demokratika ma jaqblux mal-kaċċa fir-Rebbiegħa jingħaqdu f’koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħ biex flimkien nippjanaw dan ir-referendum abrogattiv.

It-triq hi twila pero hu possibli li naslu, għax l-għasafar tagħna lkoll.

2 comments on “Kaċċa fir-rebbiegħa? Le Grazzi!

  1. Dwar il-kaċċa u l-insib hi li ma jinħarġux liċenzji ġodda tal-kaċċa. Min għandu jista’ jgawdiha fil-limiti tal-liġi mingħajr ebda lacuna, iżda daqshekk jinħarġu liċenzji ġodda.

  2. Il-kaċċa m’għandha tkun qatt, mhux biss matul ir-rebbiegħa. Għandna lkoll nissieltu biex neqirdu din il-marda abominabbli darba għall-dejjem, dan il-vizzju sadistiku li lanqas l-ewwel nies tal-għerien ma kienu jirrikorru għalih għajr għall-għajxien alimentari tagħhom. Le għall-qtil sistematiku fuq l-għasafar, iva għall-ġlieda favur it-tutela ta’ dawn il-ħlejjaq.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s