Mela Chris Said u Franco Mercieca kienu qed joħolmu bil-mina. Issa Refalo reġa’ ħolom bil-pont.
Fl-istess ħin li Anton Refalo qed joħlom b’dan l-imbierek pont (ħolma li ilha għaddejja ħamsin sena) jgħidilna li jrid jiftaħ uffiċċju ta’ Għawdex fi Brussels biex jiddefendi id-drittijiet ta’ Għawdex. Id-drittijiet tar-reġjun.
Mela b’id waħda jippontifikaw bl-insularita doppja li tiġġustifika għajnuna reġjonali għal Għawdex għax bħala gżira hu maqtugħ għalih waħdu. Min-naha l-oħra iridu jeliminaw din l-insularita’ b’link permanenti.
B’żieda ma issues ambjentali u spiża madornali mhux ġustifikabbli jidher li hemm problema ukoll ta’ konsistenza politika.