Sabutaġġ fil-MEPA?

Gonzi.Walker.Demarco.MEPA.reform

Skond ir-rapport ta’ Ann Fenech, Austin Walker il-magħżul ta’ Lawrence Gonzi biex imexxi l-MEPA b’salarju ta’ kważi €100,000 fil-kariga doppja ta’ Chairman u CEO, kien qed jittollera s-sabutaġġ fil-MEPA.

F’paġna 5 tar-rapport tat-telfa taħt it-titlu Burokrazija żejda u sabutaġġi jingħad li “Madankollu kien hemm uffiċjali li bl-iskuża tal-burokrazija jew saħansitra bħala att ta’ sabutaġġ għamluha diffiċli ħafna biex dawn jinqdew. Fuq quddiem nett kien hemm l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA – li saret “nightmare” mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji.

Fiż-żmien li Austin Walker kien Chairman tal-MEPA (2008-2013) il-MEPA mxiet aħjar mill-ħames snin ta’ qabel, avolja xorta kien hemm diversi deċiżjonijiet li ma kienux aċċettabbli. Imma b’Austin Walker bħala Chairman naħseb li l-indħil tal-Gvern fl-operat tal-MEPA ma kienx sfaċċat bħalma kien fil-ħames snin ta’ qabel. Kien indħil iktar fin, magħmul b’iktar sengħa. Imma fi kwalunkwe ħin il-ħidma u d-deċiżjonijiet tal-MEPA kienu sinkronizzati mal-linja politika tal-Gvern. Altru milli sabutaġġ!

Imma hi tad-daħk li r-rapport ta’ Ann Fenech jgħid li fil-MEPA kien hemm is-sabutaġġ! Biex tgħid dan il-kliem jew ma jkollokx idea ta’ x’inti tgħid, inkella b’mod sfaċċat trid tgħaddi ż-żmien bin-nies!

Il-MEPA falliet mhux għax ma ħarġitx il-permessi iżda għax ħarġet wisq minnhom! Mhux għax ma “qdietx” iżda għax qdiet lil min ma kellux dritt li jinqeda!

Advertisements

2 comments on “Sabutaġġ fil-MEPA?

  1. Perit, u xi nghidu ghall-fatt li lilek u lill-perit Joseph Falzon qalghukom mill-ufficcju ta’ l-Awditur fil-MEPA u sar ”arrangament” biex investigazzjonijiet inkonnessjoni ma’ Bini, Permessi etc isiru fl-Ufficcju ta’ l-Ombudsman? Din kienet mossa kerha mill-P.N.
    Dak li qed isir prezentement huwa li Perit David Pace suppost qieghed fl-Ufficcju ta’ l-Ombudsman sabiex jinvestiga Oggezzjonijiet rigward l-Ippjanar (sic!) imressqa mill-Pubbliku.
    Meta grupp ta’ Objectors ghamilna dan u ressaqna dokumenti u tlabnih jinvestiga Ilment taghna dwar Decizjoni Bazwija mahruga bl-ghagla ftit granet biss qabel l-Elezzjoni generali mit-Tribunal dwar l-Ippjanar, Perit Pace nfurmana li kien ser jitkellem ma’ l-Ombudsman u imbaghad kitbilna u qal li ma setax jinvestiga l-kaz li ressaqna quddiemu! Qal li l-Ombudsman ma jinvestigax decizjonijiet mahruga minn Bords appuntati bil-ligi. Pero skond il-fuljett hadrani li l-pubbliku jinghata dwar l-Ombudsman m;’hemmx miktub hekk!
    Il-Pubbliku jistaqsi: Taht ic-cirkustanzi, X’QIEGHED JAGHMEL Perit Pace fl-Ufficchju ta’ l-Ombudsman? L-aktar vulnerabbli ma jistghux jifthu Kaz il-Qorti u issa lanqas jistghu isemmu lehenhom quddiem Perit Pace ghax l-Ombudsman rabatlu idejh it-tnejn fl-opinjoni taghna!
    Taht il-PN l-Ombudsman serva biss bhala paraventu ghall-Mepa u l-Awtoritajiet.
    Possibbli li l-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat u l-PL ser ihallu lill-Ombudsman ikompli jaghmel l-istess meta huwa l-pubbliku li qed ibati?

  2. Carm,
    Naqbel mieghek mija fil-mija. Ahna li nafu sew x’kien qieghed jigri fil-MEPA, nafu bic-car x’kienu l-problemi. Indhil politiku barra minn postu li l-Bord tal-MEPA u, fuq kollox ic-Chairman, kienu jitttolleraw. Il-Ministru responsabbli ghandu rwol fil-MEPA – dan taghtihulu l-Ligi, imma xejn izjed. Qabel ma dan il-principju fundamentali jigi accettat, l-ebda riforma fil-MEPA mhi se tirnexxi.
    Joseph Falzon

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s