Is-sommarju tar-rapport tat-telfa tal-PN jitkellem dwar il-MEPA li, jgħidu li tellifithom il-voti.
F’paġna 5 tar-rapport taħt it-titlu Burokrazija żejda u sabutaġġi jgħidu “Madankollu kien hemm uffiċjali li bl-iskuża tal-burokrazija jew saħansitra bħala att ta’ sabutaġġ għamluha diffiċli ħafna biex dawn jinqdew. Fuq quddiem nett kien hemm l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA – li saret “nightmare” mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji.”
F’paġna 7 taħt it-titlu L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħidu “Il-perċezzjoni in ġenerali tan-nies kienet li r-riforma fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA – mhux biss ma waslitx għar-riżultati mixtieqa iżda saħħet il-perċezzjoni pubblika li din l-awtorità hija mostru burokratiku li ħadd m’għandu kontroll fuqu.”
Ir-realta’ dwar il-MEPA hi li l-PN fil-Gvern ipprova jaġixxi b’mod li la jfuħ u l-anqas jinten. Ried jidher li qed jipprova jikkontrolla l-eċċessi imma fl-istess ħin ried iħalli tieqa minfejn ikun hemm min “jinqeda”.
Il-MEPA fl-aħħar mill-aħħar, minkejja li għamlet ħafna xogħol utli, naqset milli tinforza l-liġi b’mod adegwat. Il-lista twila ta’ każijet li nħarġilhom enforcement order u ma sar xejn iktar dwarhom hi xhieda biżżejjed ta’ dan. X’jibqa’ fik meta lilek joħorġulek ordni biex twaqqa’ imma lil xi żviluppatur tal-qalba jisbulu soluzzjoni. Mhux qed nitkellem fl-ajru u allura ser insemmi eżempju. Tiftakru il-każ ta’ lukanda fil-Marfa? Meta din twaqqgħet u nbdiet lukanda oħra flokha din il-lukanda l-ġdida ma nbietx biss fuq l-art tal-lukanda l-qadima. Ħadet ukoll art oħra madwarha! Art tal-Gvern.
Il-mod loġiku dwar kif kellhom isiru l-affarijiet kien li kellha tinħareġ u tkun eżegwita ordni ta’ twaqqiegħ tal-lukanda mibnija (in parti) bla permess u fuq art tal-Gvern. Il-Gvern immexxi mill-PN flok ma għamel hekk ħareġ sejħa bl-offerti biex l-art li ittieħdet illegalment isir ħlas għaliha. Wara li ġara hekk, ġie emendat il-permess u lukanda li parti minnha inbniet bla permess u fuq art tal-Gvern issa giet legalizzata! Dakinnhar il-Gvern immexxi mill-PN tilef opportunita’ tad-deheb biex ifisser lil kulħadd l-utilita’ tal-MEPA bħala tarka taċ-ċittadin li iżżomm l-abbużi milli jsiru. Minflok ingħata messaġġ kompletament differenti. Il-messaġġ kien “ħawwad kemm trid, għax tista’ issib mod kif tirranġa.” Wara dan il-każ, il-MEPA kellha saqajha maqtugħin.
Wara każ bħal dan bil-fors li l-perċezzjoni pubblika tkun ħażina. Għax iż-żgħir ġustament jippretendi li la l-MEPA kienet bla snien mal-kbir għandha tkun bla snien miegħu ukoll. Dawn affarijiet li min kiteb ir-rapport tat-telfa l-anqas għandu idea tagħhom! Għax flok fuq ir-realta’ t-team ta’ Ann Fenech ipprefera jillimita ruhu għall-perċezzjoni.
Il-MEPA falliet mhux għax ma ħarġitx il-permessi iżda għax ħarġet wisq minnhom! Mhux għax ma “qdietx” iżda għax qdiet lil min ma kellux dritt li jinqeda!
Tajjeb ukoll li tiftakru li l-MEPA tmexxiet minn Bord li l-membri tiegħu dejjem intagħżlu mill-Gvern. Kollha ħlief wieħed, ir-rapprezentant tal-Opposizzjoni!
Dan il-mostru li ħoloq il-PN. MEPA li ma tħallietx taħdem. Affarijiet li tkellimt u ktibt dwarhom diversi drabi. Missejthom ukoll b’idejja fiż-żmien li kont naħdem fl-uffiċċju tal-Awditur fil-MEPA.
Jidher ċar li t-team ta’ Ann Fenech l-anqas idea ta’ dan ma għandu! Imbasta jitkellmu fuq sabutaġġ u fuq nies li ma inqdewx.
Dan hu kapitlu li l-PN jixtiequ magħluq. Imma ser jibqa’ miftuħ beraħ!
Naqbel mieghek mija fil-mija Carm. Il-PN qieghed iwahhal fl-impjegati u ma jwahhalx f’dak jew dawk il-politikanti li minn wara l-kwinti kienu jigbdu l-ispaga. Kulhadd ghandu tort minbarra il-membri tal-partit li ma hallewx lill-mepa tahdem. Mur afdahom.
Did Anne Fenech realise that during most of the previous legislature, MEPA had Austin Walker, handpicked by Dr. Gonzi, as Chairman of the Board and CEO — a situation NOT sanctioned by law? Walker had no history of ‘sabotage’ and even less of not looking after friends in need. ” Il-mostru burokratiku” nholok mill-Gvern; tajjeb li l-gvern hallas ghal ghemilu. Mhux ghax s’issa rajna xi bidla tal-ghageb!
Perit, u xi nghidu ghall-fatt li lilek u lill-perit Joseph Falzon qalghukom mill-ufficcju ta’ l-Awditur fil-MEPA u sar ”arrangament” biex investigazzjonijiet inkonnessjoni ma’ Bini, Permessi etc isiru fl-Ufficcju ta’ l-Ombudsman? Din kienet mossa kerha mill-P.N.
Dak li qed isir prezentement huwa li Perit Paul Pace suppost qieghed fl-Ufficcju ta’ l-Ombudsman sabiex jinvestiga Oggezzjonijiet imressqa mill-Pubbliku.
Meta grupp ta’ Objectors ghamilna dan u ressaqna dokumenti u tlabnih jinvestiga Ilment taghna dwar Decizjoni Bazwija mahruga mit-Tribunal dwar l-Ippjanar, Perit Pace nfurmana li kien ser jitkellem ma’ l-Ombudsman u imbaghad kitbilna u qal li ma setax jaghmel jinvestiga l-kaz li ressaqna quddiemu. Allura, nistaqsu X’QIEGHED JAGHMEL fl-Ufficchju ta’ l-Ombudsman? L-aktar vulnerabbli ma jistghux jifthu Kaz il-Qorti u issa lanqas jistghu isemmu lehenhom quddiem Perit Pace ghax l-Ombudsman rabatlu idejh it-tnejn fl-opinjoni taghna!
Taht il-PN l-Ombudsman serva biss bhala paraventu ghall-Mepa u l-Awtoritajiet.
Possibbli li l-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat u l-PL ser ihalluh l-Ombudsman ikompli jaghmel l-istess meta huwa l-pubbliku li qed ibati?
[nota tal-amministratur: mhux Perit Paul Pace izda Perit David Pace]