Il-futur ta’ Alternattiva Demokratika

Alternattiva Demokratika in Valletta

Dal-għodu ħarġet l-aħbar li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Alternattiva Demokratika liema laqgħa kellha issir nhar is-Sibt li ġej, ġiet posposta.

L-aħbar ħarġet f’ċirkulari li bagħat lill-membri s-Segretarju Ġenerali ta’ AD. Huwa ma tax biss l-aħbar. Ta ukoll ir-raġuni għal din id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kumitat Eżekuttiv ta’ AD nhar is-Sibt li għadda.

Id-deċiżjoni ittieħdet minħabba li ma daħlet l-ebda nomina għall-kariga ta’ Chairman ta’ AD sal-ħin tal-egħluq tan-nominazzjonijiet.

Uħud qed jistaqsu: kif, għaliex qed jiġri dan wara li AD kisbet l-aħjar riżultat f’elezzjoni ġenerali?

Dan il-kumment jeħtieġ tweġiba. Huwa veru li AD kwantittattivament kisbet l-aħjar riżultat f’elezzjoni ġenerali: 1.8% tal-voti validi jew 5506 voti. Kienet ukoll l-ewwel darba li f’ċirkustanzi ta’ bidla fil-Gvern AD ma naqqsitx fil-voti. Dan huwa ukoll sinjal pożittiv.

Wieħed iżda jrid iqis l-istampa kollha u ma jarax biss dawn il-1.8%.

1.8% kien ikun riżultat eċċellenti f’sitwazzjoni fejn il-partiti politiċi l-oħra jkunu ras imb’ras. Imma meta wieħed iqis li l-fuq minn 38,000 vot iċċaqalqu min-naħa għall-oħra  u minn dawn AD ħadet biss madwar 1,700 vot ir-riżultat miksub minn AD ma jibqax daqshekk eċċellenti.

Il-ħidma ta’ partit politiku ma issirx biss lejliet elezzjoni ġenerali. Issir matul kull jum tal-leġislatura għal ħames snin sħaħ.  Hemm min isegwi u jagħti każ ta’ dak kollu li jkun għaddej u jista’ japprezza kif kull wieħed minna li jagħżel li jimpenja ruħu f’Alternattiva Demokratika jrid jagħmel sagrifiċċji kbar biex dan l-impenn ikun jista’ jitwettaq. M’għandniex impjegati fuq min induru. Ma nitolbux donazzjonijiet lil ħadd. Ftit hemm li jagħtuna donazzjonijiet u kemm kemm iservu għall-ħidma li nagħmlu.

Kull wieħed minna mhux biss jaħdem fil-partit b’mod volontarju, talli huwa meħtieġ ukoll li naħdmu biex naqilgħu x’nieklu matul il-ġurnata.

Il-ħidma mhux żgħira li jirrikjedi anke partit ċkejken bħal AD kull ma jmur tagħmilha iktar difficli għal kull min jagħżel li jimpenja ruħu fil-partit li jlaħħaq ukoll mal-obbligi l-oħra tiegħu jew tagħha. Il-konsegwenza hi li inqas nies jinvolvu ruħhom u l-piz jaqa’ dejjem iktar fuq numru żgħir ta’ nies. Piz ikbar li mhux dejjem nifilħu għalih. Dan la huwa sewwa u l-anqas ma’ huwa aċċettabbli.

Fid-dawl ta’ dan kollu wieħed jista’ jifhem iktar għaliex mhux faċli li toħroġ għonqok, iktar u iktar meta r-riżultati li tara mhux dejjem jagħmlulek wisq kuraġġ.

Id-direzzjoni li ser tieħu AD jiddependi minn x’posizzjoni ser jieħdu dawk li jappoġġawha. Jekk ikun hemm iktar appoġġ li jinbidel f’impenn, il-futur hu wieħed sabiħ.  Min-naħa l-oħra jekk l-appoġġ jibqa’ wieħed ġeneralment passiv allura m’għandix idea fejn sejrin.

5 comments on “Il-futur ta’ Alternattiva Demokratika

  1. Dear Carmel,

    I think it was a wrong decision to have canceled this weekend AGM because of the lack of candidate for the Chairperson. The AGM would have been the perfect forum to discuss the way forward with Alternattiva, now you have deprived the members of taking any influence on its future.

    • Dear Henrik,

      I disagree with your view on the postponement of the AGM. The postponement was necessary to take stock of the situation and try to identify possible solutions. All decisions which will be required will be taken by AD members in the AGM which hopefully will be held as soon as possible.

      Best regards.

  2. Bhal dejjem Perit C. Cacopardo jispjega l-fatti x’inhuma – bla tlaqliq u bla ma jitlob xejn.
    Tkun hasra jekk Alternattiva Demokratika ikollha tieqaf mix-xoghol siewi taghha. Il-manifest elettorali ta’ A.D. kien wiehed professjonali u intuza sew mil-partiti l-ohra.
    Hija oxxenita kostituzzjonali li l-voti miksuba minn A.D. ma ssarfux f-rapprezentanza parlamentari. Ghal hafna din kienet xi haga inaccettabbli. Possibbli li l-U.E. affarijiet bhal dawn thallihom ghaddejjin qisu xejn?
    Kieku l-A.D tinghat r-rapprezentanza parlamentari zgur li s-siehba f’Alternattiva jiehdu nifs kbir ta’ nkoraggiment. Il-pajjiz ghandu bzonn l-kritika pozittiva li taf taghti l-A.D.
    J’Alla l-E.T. il-President ta’ Malta kif ukoll l-Onor. P.M. u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni jifhmu dan u jagixxu…..
    Is-serjeta tidher mill-impenn u l-azzjoni u mhux mill-paroli.

  3. AD – in actual fact it’s handful core committee members have been punching way above their weight, and this is unsustainable, in both the human and financial resources required.
    The quality and thoroughness of the electoral manifesto for a party with practically inexistent funds was and still is the apex that AD reached in articulated policies – however unless there is an influx of capable volunteers with a wide ranging expertise, it will be a miracle to sustain it.

    In my opinion AD should focus its limited voluntary resources exclusively to:
    -Be transparent on its skeleton core members and the utter lack of readily available funds, albeit part of the European greens.
    -Emphasise on the thankless dedication, and integrity of its leading members
    -Convince the public that at least one no strings attached MP with no vested interest and neither ministerial pretensions, is required to represent the objective non PNPL affiliated population.

    The said MP need not be a technocrat and neither an expert, but ‘only’ a person of unquestionable integrity, who can request and uncover information and clarifications, evaluate and express an objective opinion thereon – amongst the diverging interpretations given by the PN & PL respectively.

    An AD MP should instigate a fundamental core change in the way government operates and the vested interests infesting politics in Malta.

    However for this to happen, the electoral law needs to be changed, and a max. 2.5% national threshold introduced with no ‘governability’ gimmick adjustments – something which the PLPN have and will continue to find every hollow and vile excuse to delay.

    Thus AD drum up as much public support locally and abroad to have this overdue democraticization – if need be even by repelling the current PNPL centered law, through a referendum.

    In the meantime AD can choose to extinguish its scarce resources to raise public opinion on a multitude of matters, which successive governments first dismiss, then claim to be misguided, and then finally when they shift their vested interest to exploit the changing scenario, then claim credit for – notwithstanding the wasted years and costs incurred.

    The key for major reforms and for the proper timely implementation of EU directives is to break the duopolistic parliament, and instill integrity and loyalty towards the current and future generations – rather than the party.

  4. Importanti li Alternattiva tibqa tezisti ghal zewg ragunijiet.
    L-ewwel ghax huwa mportanti li jkun hemm il-partit Green bi kredenzjali ambjentalisti.
    It-tieni ghax l-ambjent politiku ta’ l-istat Malti ghandhu jevolvi lejn wiehed fejn ikun hemm aktar minn zewg partiti fil-Parlament. B’hekk jigi skansat ‘single-party rule’ b’karatteristici quasi dittartorjali, ghallanqas potenzjalment. L-ahhar legislatura wriet li, fi kwalunkwe kas, it ‘two party system’ taf tkun tassew instabbli meta l-maggoranza tal-partit fil-gvern tkun limitata ghal siggu wiehed.

    Huwa vera li bhalissa it-tielet partit,kieku kellu rappresentanza fil-Parlament, kien ikun bla snien – dan in vista tal-maggoranza ampja li ghandu l-gvetn laburista. Din, izda, mhijiex raguni biex l-Alternattiva taqta qalba. Ghall-kuntrarju. Wara hames jew ghaxar snin ohra, din il-maggoranza bilfors tonqos, u z-zewg partiti l-kbar javvicinaw lil xulxin fil-voti li jinkisbu.

    Fil-frattemp, l-Alternattiva trid tkompli tinsisti ghal rapprezentanza proporzjonali. Inoltre, wiehed jittama li l-elottorat ikompli jimmatura u jipperswadi ruhu, aktar minn qatt qabel, dwar l-importanza ta’ tielet partit fil-Parlament, u anki, ta’ partit ambjentalista. Prezentement, l-Alternattiva hija l-unika partit li kienet tokkupa t-tielet rapprezentanza fil-Parlament, kieku rapprezentanza proporzjonali kella verament titwettaq.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s