Il-bogħod jew viċin?

PN imxaqqaq

Qalulna li dawk li issa bdew imexxu l-PN jixtiequh jerġa’ jsir Partit tan-Nies.  Dawk ta’ madwar Simon jgħidu li jixtiequ li l-PN “jerġa’ jsir Partit tan-Nies”. Stqarrija bħal din imma twassal għal numru ta’ mistoqsijiet :

1)      Mela allura issa ġie aċċettat li għal xi żmien il-PN ma kienx partit tan-nies?

2)      Meta kien dan?  Meta waqaf il-PN milli jkun partit tan-nies?

3)      X’kienet ir-raġuni li l–PN ma baqax partit tan-nies?

4)      Min kien il-kawża li l-PN ma baqax partit tan-nies?

5)      Min kien, jew min kienu, dak jew dawk li mexxew il-quddiem l-idea biex il-PN għal xi żmien ma jibqax il-partit tan-nies?

Għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hemm tweġiba ċara li turi kif il-PN tul is-snin injora l-egħruq tiegħu. Dawk li bl-azzjonijiet tagħhom wasslu lill-PN sa din il-posizzjoni jew għadhom mas-saqajn inkella huma rappreżentati minn persuna jew persuni oħra.

Allura, wara dan kollu l-konklużjoni loġika toħroġ waħeda. Il-bidla tal-Kap tal-PN tista’ ma taghmilx differenza jekk dawk kollha li wasslu lill-PN fil-posizzjoni li hu illum ma jwarrbux.

Il-fatt li dan kollu ma jseħħx kif ukoll ma jidhirx li ser iseħħ fil-futur qrib ifisser li ta’ l-inqas għalissa l-PN ser jibqa’ kif inhu: partit il-bogħod min-nies.

Bil-paroli jingħadu ħafna affarijiet. Fl-aħħar il-fatti jgħoddu!

One comment on “Il-bogħod jew viċin?

  1. Artiklu tajjeb – bhas-soltu la mill-pinna ta’ Perit Cacopardo!
    Issa qed jammettu li l-Partit, taht Dr. Gonzi, kien ”hijacked” mill-klikka. Kella raggun Franco Debono jilmenta dwar dan!
    Mhux ta’ b’xejn li l-PN twarrab minn qlub il-poplu.
    Hija hasra li l-irjus il-kbar li fil-passat kienu jaghmlu li jridu sfortunatament ghadhom hemm. Issa naraw kemm Dr. Simon Busuttil ser jirnexxilu tassew iqarreb lill-Partit lejn in-nies. Hemm bzonn fatti mhux paroli u teoriji….
    Busuttil fl-Ewropa ma rnexxilux igieghel lill-pajjizi Ewropej jaccettaw il-Burden Sharing u s-Solidarjeta fil-problema li qed tfarrak l-Ewropa – jigifieri l-emigrazzjooni illegali. Kien waqa’ ghac-cajt ghax hadd ma ried jaf f’dak li hu (u l-Kummissarju Ewropej Cecilia Malmstrom_ kienu qed jitolbu….Kien ghalhekk li Busuttil telaq minn Brussel. Dehrlu li hawn Malta aktar ghandu cans jidhak bin-nies. Izda kienu n-nies liwarrbuh…
    J’Alla l-PN jissahhah verament, pero hafna, inkluz jiena, niddubitaw kemm dan ser isir. Iz-zmien jaghtina parir….

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s