(12) Il-ħatra tal-ġudikatura
L-imħallfin u l-maġistrati m’għandhomx jibqgħu jinħatru mill-gvern iżda mill-President tar-Repubblika u soġġetti għal konferma mill-Parlament. Dan jiżgura sistema ta’ checks and balances bejn is-setgħa eżekuttiva (eżerċitata f’dan il-każ mill-President tar-Repubblika) u l-leġiżlatura.
(silta mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)