Mill-Manifest Elettorali ta’ AD dwar bidliet fil-Kostituzzjoni : (10) Drittijiet ambjentali

worldenvironmentday

(10) Drittijiet ambjentali

Id-dikjarazzjoni tal-prinċipji ġenerali fil-Kostituzzjoni għandha tiġi riveduta biex tinkludi prinċipji ambjentali bħad-dritt għall-arja nadifa u l-ilma. Ir-reviżjoni trid timmira li tittrasforma din it-taqsima tal-Kostituzzjoni minn taqsima dikjarattiva għal waħda inforzabbli fil-Qrati Maltin wara tranżizzjoni ta’ għaxar snin.

(silta mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)