Mill-Manifest Elettorali ta’ AD dwar bidliet fil-Kostituzzjoni : (8) Lobbying u finanzjament

lobbying

(8)     Lobbying u finanzjament

L-influwenza mhux dovuta fil-politika għandha tkun irregolata mill-Kostituzzjoni: għandhom jiġu rregolati l-prinċipji bażiċi tal-iffinanzjar, il-lobbying u l-użu ta’ proprjetà tal-istat għall-vantaġġ politiku tal-partiti politiċi. Għandhom jiġu rregolati b’mod aħjar l-azzjonijiet tal-gvern fir-rigward tal-impjiegi fis-settur pubbliku, il-ħruġ tal-permessi eċċ.

(silta mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)

Mill-Manifest Elettorali ta’ AD dwar bidliet fil-Kostituzzjoni : (7) Ix-Xandir

broadcasting 01

(7)     Ix-Xandir

L-aċċess għax-xandir m’għandux jiddependi fuq ir-rappreżentanza parlamentari iżda għandu jitwessa’ għall-partiti politiċi kollha u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrispettaw il-Kostituzzjoni u li ma jxerrdux mibegħda razzjali kontra l-minoranzi jew il-gruppi etniċi, il-kulturi u l-identitajiet.

(silta mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)