Flok Skejjel “żejda” ………….. iktar flats u maisonettes

building industry Malta

Qed jgħidulna li biex ġie iffinanzjat il-programm ta’ bini ta’ skejjel (waħda fis-sena) il-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada issellef €73 miljun mingħand l-HSBC bir-rata ta’ 2.9%.

Dan is-self irid jitħallas lura fl-2014, jiġifieri s-sena d-dieħla.

Lill-Malta Today infurmawha li jidher li l-ħlas ta’ dan is-self lura kif ukoll il-finanzjament ta’ programm ambizzjuz ta’ bini ta’ iktar skejjel ġodda, programm stmat li jiswa €60 miljun oħra, jista’ jkun possibli biss jekk jinbiegħu l-iskejjel meqjusa żejda (surplus schools tgħidilna l-Malta Today).

Dawn l-iskejjel meqjusa “żejda”, qalulna, jkunu jistgħu jigu żviluppati f’bini residenzjali u/jew kummerċjali.

Ma nafx min qed jagħmel dawn il-pjanijiet. Imma jidher li mhux kulhadd hu konxju li f’Malta hawn il-fuq minn 70,000 post residenzjali vojt, li l-art tajba għall-bini żdiedet konsiderevolment fl-2006 u issa qed jikkunsidraw ukoll li jibnu fil-baħar (land reclamation).

Nistennew  u naraw jekk flok l-iskejjel żejda hux ser ikollna iktar flattijiet u maisonettes. Inkomplu nżidu mas-70,000 u fuqhom li hawn vojta.

Anke’ l-baħar tagħna ilkoll

Malta taghna lkoll

Mela l-Gvern ta’ Joseph qalilna li l-art li għandna f’Malta, Għawdex u Kemmuna mhux biżżejjed. Hemm bżonn inkabbru.  Għalhekk jista’ jkun hemm bżonn li noħolqu gżejjer oħra fil-baħar. Land reclamation.

Rapporti dwar dan diġa saru. Fl-2005 u fl-2007 mill-MEPA. Jeżaminaw sew u fid-dettall. Jistabilixxu b’mod ġenerali l-impatti li l-ħolqien ta’ dawn il-gżejjer jistgħu joħolqu.

Jiena mhux qiegħed nikkundanna dak li qed jingħad u dan kuntrarjament għal dak li għoġobhom jgħidu dawk li f’daqqa waħda saru ambjentalisti. Li qiegħed ngħid hu li jekk il-Gvern fi ħsiebu jibqa’ għaddej b’din l-idea, ta’ l-inqas għandu jagħmel  l-affarijiet sewwa. B’dan il-mod kullħadd ikollu għajnejħ miftuħin beraħ u allura jkun jista’ jifhem il-jekk u l-kif tal-ħsara li tista’ issir. Kemm dik ekoloġika kif ukoll dik ekonomika.

L-ewwel nett l-affarijiet għandhom isiru bi pjan ċar liema pjan għandu jitħejja mill-Gvern,  mhux mill-kuntratturi jew kif isejħu lilhom infushom bil-pulit illum: l-iżviluppaturi.

Gvern li jkun tagħna lkoll jitkellem magħna lkoll qabel ma jfassal pjan jew strateġija ta’ x’inhuma dawk l-iżviluppi li għalihom m’għandniex spazju fuq l-art.  Għax tagħna lkoll, il-pjan jew l-istrateġija li jfassal jiddiskutihom magħna lkoll f’dik li nsejħula konsultazzjoni pubblika.

Gvern tagħna lkoll jisma’ dak li għadna xi ngħidu aħna lkoll u jqiesu sewwa qabel ma jiddeċiedi. Meta imbagħad ikun ċar fejn irid jasal Gvern tagħna lkoll jara xi ħsara tista’ issir. Iqis ir-rapporti li diġa saru u jekk ikun hemm bżonn jgħarbel iktar biex ikun żgur dwar xi ħsara tista’ issir. Jekk il-ħsara li jsir jaf biha ma jkunx jista’ jsib tarf tagħha, jaħsibha darbtejn.

Għax Gvern serju jaf li anke’ l-baħar huwa tagħna ilkoll.

Il-Ministri u l-Kodiċi ta’ Etika tagħhom

code-in-ethics

Nitbissem meta nisma’ il-PN jitkellem dwar il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u d-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat dwar Franco Mercieca.

Nifhem li mhux deċiżjoni faċli la għal Joseph Muscat u l-anqas għal Franco Mercieca. Hi deċiżjoni li għal perjodu ta’ transizzjoni tista’ tkun ġustifikata imma b’mod permanenti ma naħsibx li tkun korretta.

Il-kritika tal-PN dwar il-mod kif qed ikun “injorat” il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri kont neħodha bis-serjeta’ li kieku l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi applika dan il-Kodiċi sewwa. Per eżempju għalfejn Lawrence Gonzi ma sab l-ebda diffikulta li jħalli lil Tonio Fenech dakinnhar Ministru isiefer biex jara logħba tal-Arsenal fuq jet privat (bla ħlas) ma’ nies tal-business meta skond il-Kodiċi tal-Etika dan ma setax iseħħ?

Waqt il-kampanja elettorali kienu qalulna li Tonio Fenech kien skuża ruħu u li l-każ kien magħluq.

Din is-serjeta’ tal-PN!

Kulħadd iħokk fejn jieklu

scratching

Iktar kmieni din il-ġimgħa f’dan il-blog, fi blogpost intitolat Alternattiva Demokratika: ħarsa l-quddiem jiena għidt li kont fi ħsiebni inwarrab mit-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika. Diversi interpretaw dak li għidt bħala li ser inwarrab mill-politika.

Jiena għidt biss li kien wasal iż-żmien li nagħmel il-wisa’ għal min hu iżgħar minni għax hemm bżonn demm ġdid u iktar enerġija.

Jiena għandi obbligu lejn il-membri ta’ AD kif ukoll lejn dawk kollha li ivvutaw lill-AD u dan l-obbligu fi ħsiebni inwettqu. Inkun irresponsabbli jekk naġixxi mod ieħor. Irrid inwassal lill-AD sal-Laqgħa Ġenerali Annwali qawwija u sħiħa biex b’serenita tagħżel team ġdid. Mhux ser inwarrab mill-ewwel mit-team, imma ser nibqgħa nagħti l-kontribut tiegħi u dan flimkien mal-kontribut ta’ bosta oħrajn.

Il-bieraħ mexxejt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Alternattiva Demokratika. Iddiskutejna l-ħidma tal-partit f’laqgħa kemmxejn twila li fiha kien hemm parteċipazzjoni wiesa’.  Qbilna li l-ħafna tajjeb li għandha Alternattiva Demokratika jista’ jħalli iktar frott jekk intejbu l-qafas amministrattiv. Hu meħtieġ li norganizzaw ruħna aħjar.

Biex dan ikun jista’ jsir hemm ħtieġa li noħolqu spazju iktar għal dawk kollha li jridu u jistgħu jagħtu kontribut. L-unika riżorsi li għandha Alternattiva Demokratika huma dawk il-persuni li jagħtuha appoġġ. Matul il-ġranet li ġejjin is-Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva Demokratika Ralph Cassar ser jibda l-proċess li bħala riżultat tiegħu għandna naslu għal parteċipazzjoni iktar wiesa’ tal-membri u ta’ dawk kollha li jixtiequ jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-AD.

Sadanittant ħadna ukoll deċiżjoni li l-Laqgħa Ġenerali Annwali issir matul ix-xahar ta’ Mejju 2013. Probabilment li issir nhar l-24 ta’ Mejju. Id-data tkun ikkonfermata iktar tard.

Jiena ser nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi biex it-transizzjoni fit-tmexxija tkun bla skossi. Meta imbagħad din it-transizzjoni tkun seħħet inkun nista’ nara aħjar fejn ikun meħtieġ il-kontribut tiegħi fil-partit. Hemm bosta x’nista’ nagħmel. M’għandi l-ebda intenzjoni li nisparixxi.

Xogħol il-Membru tal-Parlament

carrots

Il-Gvern permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat repetutament qed jgħid li jrid jinvolvi lill-Membri tal-Parlament taż-żewġ naħat tal-Kamra fil-ħidma tal-Gvern.

Dan nissel reazzjonijiet diversi inkluż, u b’mod partikolari, mill-Opposizzjoni. Il-bieraħ fil-fatt Simon Busuttil Viċi Kap tal-PN qal li l-Opposizzjoni mhiex ser tinxtara. Dan qalu kemm fil-Parlament kif ukoll fl-artiklu tiegħu ta’ kull ġimgħa fit-Times intitolat A flawed “executive” offer .

Xogħol il-Membru tal-Parlament hu fil-Parlament. Jiġifieri jagħmel il-liġijiet u jgħarbel il-ħidma tal-Eżekuttiv. Minflok iżda qed tiġi żviluppata l-idea li dawk il-Membri Parlamentari li mhumiex Ministri jew Segretarji Parlamentari jkun aħjar jekk jinstabilhom xi ħaġa biex ikollhom biex jgħaddu l-ħin għax inkella jsibu huma l-mezz biex jgħaddu l-ħin. Il-konsegwenzi ta’ dan ma jkun xejn pjaċevoli kif jaf sewwa Lawrence Gonzi!

Din m’hiex xi ħaġa li ivvinta Joseph Muscat. Esperimentaw biha l-Prim Ministri kollha ta’ qablu. Kemm Mintoff fis-snin sebgħin kif ukoll Gonzi fis-snin li għadhom kif għaddew fittxew modi kif jokkupaw il-ħin tal-Membri Parlamentari. Mintoff u Gonzi din għamluha mal-Membri Parlamentari tal-Gvern li kienu jmexxu. Joseph Muscat qed jipprova jifrex il-ħsieb iktar minn hekk u jsib applikazzjoni tiegħu mal-Opposizzjoni ukoll.

Naħseb li l-idea hi fil-prinċipju żbaljata. Għax il-kapaċita u l-kompetenza ta’ kull Membru Parlamentari għandha tkun applikata fil-ħidma tal-Parlament.

L-ewwel nett fil-ħidma diretta tal-Kamra u l-kumitati tagħha, fil-parteċpazzjoni fid-dibatti dwar liġijiet u l-politika tal-oqsma differenti. It-tieni fis-sorveljanza tal-ħidma tal-Gvern inkluż fil-mod kif jaħdmu l-awtoritajiet: kif jonfqu l-fondi allokati kif ukoll kif titfassal u tiġi applikata l-politika fl-oqsma differenti.

Fost oħrajn il-Parlament għandu jkun full-time. Jiġifieri l-Membri Parlamentari għandhom jokkupaw il-ħin kollu tagħhom fil-Parlament. Jekk u meta jagħmlu dan m’għandix dubju li jsibu ħafna x’jagħmlu. Wisq nibża’ iżda li la l-PN u l-anqas il-PL ma jixtiequ dan għax jekk il-Parlament jiġi f’posizzjoni li jagħmel xogħolu aħjar ikun diffiċli ħafna iktar li xi rokna tal-ħidma tal-Gvern tibqa’ mistura.

Din hi l-problema reali li qed jaffronta Joseph Muscat. Iffaċċja qablu Lawrence Gonzi. Kemm Muscat kif ukoll Gonzi jaħsbu li jkun għaqli li l-Membru Parlamentari jinżamm okkupat. Bħala riżultat t’hekk il-ħidma tal-Gvern tkun mgħarbla ħafna inqas milli hu neċessarju.

Alternattiva Demokratika: ħarsa l-quddiem

May 2011. divorce referendum result

Ir-riżenja ta’ Michael Briguglio hi issa aħbar pubblika. Kif jiġri dejjem, bħala Viċi Chairman ta’ Alternattiva Demokratika jiena issa qiegħed naġixxi ta’ Chairman minn floku. Fil-prattika dan ifisser il-koordinazzjoni neċessarja biex tissejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-ġimgħat li ġejjin meta l-membri ta’ AD naħtru team ġdid biex imexxi l-Partit.

Wara ftit iktar minn ħames snin involut b’mod attiv f’Alternattiva Demokratika jiena naħseb li qed joqrob iż-żmien biex nieqaf u nagħmel il-wisa’ għal persuni oħrajn ta’ eta iżgħar li bl-enerġija u l-ideat tagħhom jistgħu jkomplu jibnu fuq dak li hi Alternattiva Demokratika illum. Jekk ma jkunx din is-sena jkun is-sena li ġejja u dan dejjem jekk it-team il-ġdid ikollu bżonn l-għajnuna tiegħi.

Fi ħsiebni nibqa’ attiv ta’ l-anqas sal-Laqgħa Ġenerali Annwali naqdi dmiri lejn il-membri li eleġġewni kif ukoll lejn il-5,506 votant li għoġobhom jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika bħala l-ewwel preferenza tagħhom fl-elezzjoni ġenerali. Dan hu obbligu li naqdieh bil-qalb.

Kienu ħames snin ta’ ħidma kbira li fihom ħdimt ma’ tlett Chairmen differenti: Harry Vassallo, Arnold Cassola u matul dawn l-aħħar tlett snin u nofs ma Michael Briguglio. Kull wieħed minnhom ta’ l-kontribut tiegħu għall-bini ta’ Alternattiva Demokratika biex hi dak li hi illum. Ma kull wieħed minnhom ħadt pjaċir naħdem għax kull wieħed minnhom kien dedikat.

Il-ħidma politika mhiex faċli. Tirrikjedi sagrifiċċji li nagħmlu lkoll kemm aħna. Sagrifiċċji li nagħmluhom għax nemmnu li l-ħin dedikat għall-politika huwa investiment fit-titjib tal-pajjiż. Hi ħidma li permezz tagħha nagħtu kontribut biex il-ħajja ta’ madwarna tkun aħjar.

Il-ħajja madwarna tkun ħafna aħjar jekk nagħrfu nirrispettaw iktar lil xulxin: jekk ma nħallux il-preġudizzji li kull wieħed minna ġemma’ matul ħajtu itappnu l-mod kif inħarsu lejn dawk ta’ madwarna. Li inkunu kapaċi ngħidu dak li naħsbu huwa importanti. Imma huwa daqstant ieħor importanti li nkunu kapaċi nisimgħu dak li jrid jgħid ħaddieħor.

Li ninkuraġixxu d-diskussjoni miftuħa hu tajjeb. Imma fil-partiti politiċi b’mod partikolari hu importanti li dawk li jħaddnu ideat minoritarji ma jħossuhomx emarġinati.

Ilni kważi 40 sena attiv fil-politika l-parti l-kbira minnhom fil-Partit Nazzjonalista u kelli l-opportunita li nosserva li f’kull wieħed mill-partiti politiċi jinqalgħu ċirkustanzi li bħala riżultat tagħhom partit jagħmel għadu tiegħu minn dawk li jikkritikawh. Xi kultant minflok ma wieħed japprezza lil min kapaċi joħodha kontra l-kurrent u jlissen il-fehma tiegħu l-partiti politiċi għandhom ħabta li lil dawn jagħmluhom egħdewwa. Din iċ-ċirkustanza  hi riżultat li għadna ma fehmniex biżżejjed li l-partiti politiċi f’dan il-pajjiż huma wieħed mill-ftit postijiet fejn l-ideat jitħabbtu flimkien. L-enerġija li tirriżulta meta jitħabbtu flimkien dawn l-ideat tista’ tkun enerġija pożittiva imma sfortunatament għandna nuqqas ta’ persuni li kapaċi japprezzaw kif din l-enerġija pożittiva tingħaraf u kif tista’ tkun użata.

Sfortunatament din hi d-diżgrazzja ewlenija tal-politika Maltija. Flok nikkompetu b’mod pożittiv naħlu wisq enerġija fin-negattivita u fis-suspetti. Ir-riżultat hu li qed naħlu ħafna talenti.

L-awgurju tiegħi hu li nitgħallmu iktar. Li nagħrfu iktar dak li hemm pożittiv f’kull wieħed minnha. M’huwiex faċli. Imma naħseb li hu possibli.

Budget 2013 – AD offers its cooperation

sciclunabagit 2013
Budget 2013 – AD offers its cooperation

AD – The Green Party joins Government and the Opposition in emphasising that at this difficult hour Malta needs to underline the need for economic and financial stability.

This was stated by Carmel Cacopardo, Acting Chairman of AD – The Green Party when commenting on the budget presented tonight for Parliament’s approval. AD, added Cacopardo, is making this point, notwithstanding that it believes that in the present economic circumstances as a result of which Malta faces a deficit which has exceeded 3.3% of GDP it is not the right time to reduce income tax.

AD – The Green Party reluctantly accepts the decision as it understands the message which Parliament wishes to convey that certainty and stability  are essential values in this critical moment.

The reduction of income tax payable by those whose income is at minimum wage level is a welcome measure about which AD congratulates Government for its introduction. AD has also noted and applauds measures buttressing the creation of work opportunities, education and training.

Ralph Cassar, AD Secretary General added that Government has not yet announced any new incentives for those installing alternative energy sytems such as Photovoltaic panels an area in which Malta lags far behind other countries. AD also appeals to government to announce its plans on The Green Economy. It is the opportune moment to tackle the creation of green jobs with reasonable working conditions. Government’s plans in this respect are awaited.”

AD-The Green Party has noted the proposal of a number of infrastructural projects in respect of which it will comment when the relative details are known.

Cacopardo concluded by stating that in this first political message after the general election AD-The Green Party wants to affirm that it is committed in favour of its political programme emphasising civil rights, environmental protection and social justice.  With this in mind it offers its commitment to a critical cooperation to the political and social forces in the country.

Budget 2013 – Alternattiva toffri l-id ta’ kooperazzjoni

Alternattiva Demokratika tinghaqad mal-Gvern u l-Opposizzjoni biex temfasizza li f’din is-siegha ta’ diffikulta’ f’pajjizna hemm bzonn il-htiega li tkun sottolineata l-istabilita ekonomika u finanzjarja.

Dan qalu Carmel Cacopardo, Agent Chairman ta’ Alternattiva Demokratika huwa u jikkummenta dwar il-budget imressaq il-lejla ghall-approvazzjoni tal-Parlament. Alternattiva Demokratika qed taghmel dan, zied jghid Cacopardo, minkejja li temmen li fic-cirkustanzi ekonomici prezenti tal-pajjiz ta’ deficit finanzjarju li tela ghal 3.3% tal-Prodott Gross Nazzjonali m’huwiex il-mument opportun li jkun hemm tnaqqis fit-taxxa tad-dhul.

Alternattiva Demokratika tbaxxi rasha ghax tifhem il-messagg li jrid jaghti l-Parlament li c-certezza u l-istabilita tal-pajjiz huma valuri mehtieg f’dan il-mument kritiku.

It-tnaqqis tat-taxxa tad-dhul ghal min qieghed fuq paga minima hi mizura f’waqtha li dwarha Alternattiva Demokratika issellem lill-Gvern li ser jintroduci b’dan il-budget. Alternattiva tosserva u tapplawdi ukoll  l-mizuri li qed jigu emfasizzati favur il-holqien tax-xoghol, it-taghlim u t-tahrig.

Ralph Cassar, Segretarju Generali, zied li hemm settur ekonomiku li qed jiffaccja problemi ghax il-Gvern ghadu ma habbar l-ebda incentivi godda ghal min jinstalla sostemi ta’ energija alternattiva bhal pannelli fotovoltajici. Malta ghadha lura ferm f’dal-qasam. AD tappella lill-Gvern biex ihabbar il-pjanijiet tueghu dwar l-ekonomija l-hadra. AD temmen bis-shih fis-settur importanti tal-‘green jobs’, b’kundizzjonijiet xierqa ghall-haddiema.”

Alternattiva Demokratika innotat il-proposta ta’ numru ta’ progetti infrastrutturali li dwarhom tikkummenta meta tkun taf id-dettalji relattivi.

Cacopardo temm jghid li b’dan l-ewwel messagg politiku wara l-elezzjoni generali Alternattiva Demokratika tafferma li ser tibqa’ impenjata favur hidma bla waqfien fuq il-programm politiku taghha favur drittijiet civili, harsien ambjentali u gustizzja socjali. Ghal dan l-iskop toffri l-id tal-kooperazzjoni kritika lill-forzi politici u socjali fil-pajjiz.

Spekulazzjoni dwar Alternattiva Demokratika

 May 2011. divorce referendum result

Hi normali li fejn l-informazzjoni tkun ftit nieqsa l-media tispekula dwar x’jista’ jkun qiegħed jiġri. Dan tagħmlu biex twassal ritratt tas-sitwazzjoni kif tkun qed tarah hi dak il-ħin.

Hekk qed tagħmel parti mill-media dal-għodu dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika.

Fit-Torċa hemm artiklu interessanti ta’ Mark Camilleri intitolat Il-bidla u ċ-ċaqlieq ideoloġiku. Hu analiżi tas-sitwazzjoni attwali kif ukoll tal-mixja ta’ Alternattiva Demokratika tul dawn l-aħħar ħames snin. Ir-riflessjonijiet tiegħu huma validi u xejn ma jdejquni. Jistimulaw id-diskussjoni.

Hemm imbagħad artiklu fil-Malta Today intitolat Briguglio decapitates himself after internal criticism. Dan l-artiklu m’huwiex iffirmat. Jieħu spunti selettivi minn diskussjoni interna f’Alternattiva Demokratika u jibni storja fuq dan. L-inċens ma jonqosx. Jikkonkludi li d-deċiżjoni ta’ Michael Briguglio li jwarrab tidher mgħaġġla.

M’għandix dubju li l-awtur ta’ dan l-artiklu jifhem li partit politiku li fih m’hemmx diskussjoni ħajja (u jekk meħtieġ ukoll imqanqla) jkun partit mejjet. Id-dibattitu intern hu pre-rekwizit essenzjali għall-ħidma politika. Fortunatament f’Alternattiva Demokratika matul dawn il-ħames snin kien hemm diskussjoni ħajja u kontinwa.

Hemm imbagħad fil-Malta Today ukoll il-kumment ta’ Salvu Balzan fil-paġna tiegħu. Kumment dwari li donnu pprogrammat li jidher fil-Malta Today kull darba li jkun hemm il-kariga ta’ Chairman ta’ Alternattiva Demokratika battala. Għal darba oħra Salvu jibbottja li jekk jiena nieħu t-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika wara Michael Briguglio dan ikun diżastru madornali.

Hemm imbagħad kumment fil-paġna 7 tal-gazzetta l-Illum iffirmata mill-korrispondent li jiddeskrivi lilu innifsu bħala Il-poodle. Dawn l-osservazzjonijiet huma deskritti b’dan il-mod “Ġabra ta’ osservazzjonijiet bażati fuq il-veritajiet li qatt ma joħorġu għax hekk iridu”.

Mela Il-poodle jgħid ukoll li jiena irrid immexxi l-Ħodor. Jagħti ukoll ftit tal-kulur. Jgħid li fl-1996 meta kont għadni attiv fil-PN kont mort għand Austin Gatt flimkien ma George Pullicino u tlabtu (lill-Austin Gatt) biex jirreżenja.

Issa li kieku fl-1996 tlabt lil Austin Gatt biex jirreżenja ma kontx ser nistħi ngħid li għamilt hekk. Imma sfortunatament dan m’għamiltux.

Dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika naħseb li f’dan l-istadju ħadd għadu ma jaf xejn għax ħlief għal Michael Briguglio jidher li ħadd għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni. Naħseb li jkun għaqli iżda li jkun hemm ħafna demm ġdid.

Far ahead in arrogance ………………..

 George Abela.060413

This morning in Parliament, His Excellency President George Abela launched the government’s five year programme. We need to discard the ways of old and embrace a new way of doing politics. It is indeed unfortunate that we are far ahead in embedding arrogance in government   ……………

His Excellency was obviously reading out the script which others have written. He symbolically heads the government and hence he reads out the programme of “his government”.

The problem with the President’s speech is that we have heard it many a time. Maybe in less colourful language, but surely it has been listened to before.

Obviously the proof of the pudding is in the eating. We still need proof that shortly we will start lagging behind in arrogance, and maybe for a change being leaders in something positive!

I await some positive signal, which I have not yet noticed.