Mill-Manifest Elettorali ta’ AD dwar bidliet fil-Kostituzzjoni: (2) Riforma Elettorali

(2)    Riforma Elettorali

Malta għandu jkollha sistema elettorali bbażata fuq rappreżentanza proporzjonali assoluta bejn siġġijiet u voti mitfugħa f’elezzjoni, ikkoreġġuti b’għatba ta’ 2.5%. Dan il-prinċipju jista’ jinkiseb bl-istess Sistema ta’ Vot Trasferibbli filwaqt li jitwessa’ l-mekkaniżmu Kostituzzjonali attwali li jiżgura proporzjonalità stretta bejn l-għadd ta’ voti u siġġijiet u li jimxi minn wieħed li japplika biss f’każijiet fejn żewġ partiti biss jiġu eletti fil-Parlament, għal wieħed li japplika għall-partiti kollha li jaqbżu l-għatba nazzjonali ta’ 2.5% tal-ewwel għadd tal-voti. Malta għalhekk għandha jkollha għatba doppja, bi kwota distrettwali ta’ 16.6% li tippermetti li individwu jiġi elett minn distrett, u kwota nazzjonali b’għatba ekwivalenti ghal żewġ kwoti biex partit politiku jiġi rrappreżentat fil-Parlament.

………………………….

Id-dritt li ċ-ċittadini jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali, ġenerali u Ewropej għandu jkun inkorporat fil-Kostituzzjoni u mhux imħolli f’idejn il-konvenjenza tal-gvern tal-ġurnata.

(siltiet mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s