(1) Parteċipazzjoni wiesgħa
Kull diskussjoni dwar bidliet profondi fil-Kostituzzjoni għandha titmexxa bl-akbar ftuħ u trasparenza u tiġi diskussa kemm fil-Parlament, (li għandu jsir istituzzjoni professjonali b’Parlamentari full-time), kif ukoll f’forum rappreżentattiv li jkun jinkludi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-partiti politiċi kollha u l-Kunsilli Lokali. Il-proċeduri u d-diskussjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli online u s-suġġerimenti taċ-ċittadini għandhom jiġu diskussi wkoll. Il-bidliet għandhom jiġu approvati b’referendum.
(silta mill-Kapitlu Numru 6 tal-Programm Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika)
Naqbel mieghek perfetament. Ic-cittadini ghandhom jippartecipaw. Li thalli f’idejn il-parlamentari biss hija dahka fil-wicc. Xbajna issa nigu migbuda minn imneherna. Ic-cittadin ghandu jkun ic-centru u l-kostituzzjoni mfassla ghalih u mhux ghal parlament!
L-Alternattiva għandha tinsisti għal tibdil fis-sistema elettorali.
L-Alternattiva ilha is-snin tinsisti ghal tibdil fis-sistema elettorali.
Tista tara ukoll dan il-link : http://www.alternattiva.org/ad-meets-with-parliamentary-select-committee-on-recodification-of-laws/