Qed jgħidulna li biex ġie iffinanzjat il-programm ta’ bini ta’ skejjel (waħda fis-sena) il-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada issellef €73 miljun mingħand l-HSBC bir-rata ta’ 2.9%.
Dan is-self irid jitħallas lura fl-2014, jiġifieri s-sena d-dieħla.
Lill-Malta Today infurmawha li jidher li l-ħlas ta’ dan is-self lura kif ukoll il-finanzjament ta’ programm ambizzjuz ta’ bini ta’ iktar skejjel ġodda, programm stmat li jiswa €60 miljun oħra, jista’ jkun possibli biss jekk jinbiegħu l-iskejjel meqjusa żejda (surplus schools tgħidilna l-Malta Today).
Dawn l-iskejjel meqjusa “żejda”, qalulna, jkunu jistgħu jigu żviluppati f’bini residenzjali u/jew kummerċjali.
Ma nafx min qed jagħmel dawn il-pjanijiet. Imma jidher li mhux kulhadd hu konxju li f’Malta hawn il-fuq minn 70,000 post residenzjali vojt, li l-art tajba għall-bini żdiedet konsiderevolment fl-2006 u issa qed jikkunsidraw ukoll li jibnu fil-baħar (land reclamation).
Nistennew u naraw jekk flok l-iskejjel żejda hux ser ikollna iktar flattijiet u maisonettes. Inkomplu nżidu mas-70,000 u fuqhom li hawn vojta.
brilliant as ever Carmel