Anke’ l-baħar tagħna ilkoll

Malta taghna lkoll

Mela l-Gvern ta’ Joseph qalilna li l-art li għandna f’Malta, Għawdex u Kemmuna mhux biżżejjed. Hemm bżonn inkabbru.  Għalhekk jista’ jkun hemm bżonn li noħolqu gżejjer oħra fil-baħar. Land reclamation.

Rapporti dwar dan diġa saru. Fl-2005 u fl-2007 mill-MEPA. Jeżaminaw sew u fid-dettall. Jistabilixxu b’mod ġenerali l-impatti li l-ħolqien ta’ dawn il-gżejjer jistgħu joħolqu.

Jiena mhux qiegħed nikkundanna dak li qed jingħad u dan kuntrarjament għal dak li għoġobhom jgħidu dawk li f’daqqa waħda saru ambjentalisti. Li qiegħed ngħid hu li jekk il-Gvern fi ħsiebu jibqa’ għaddej b’din l-idea, ta’ l-inqas għandu jagħmel  l-affarijiet sewwa. B’dan il-mod kullħadd ikollu għajnejħ miftuħin beraħ u allura jkun jista’ jifhem il-jekk u l-kif tal-ħsara li tista’ issir. Kemm dik ekoloġika kif ukoll dik ekonomika.

L-ewwel nett l-affarijiet għandhom isiru bi pjan ċar liema pjan għandu jitħejja mill-Gvern,  mhux mill-kuntratturi jew kif isejħu lilhom infushom bil-pulit illum: l-iżviluppaturi.

Gvern li jkun tagħna lkoll jitkellem magħna lkoll qabel ma jfassal pjan jew strateġija ta’ x’inhuma dawk l-iżviluppi li għalihom m’għandniex spazju fuq l-art.  Għax tagħna lkoll, il-pjan jew l-istrateġija li jfassal jiddiskutihom magħna lkoll f’dik li nsejħula konsultazzjoni pubblika.

Gvern tagħna lkoll jisma’ dak li għadna xi ngħidu aħna lkoll u jqiesu sewwa qabel ma jiddeċiedi. Meta imbagħad ikun ċar fejn irid jasal Gvern tagħna lkoll jara xi ħsara tista’ issir. Iqis ir-rapporti li diġa saru u jekk ikun hemm bżonn jgħarbel iktar biex ikun żgur dwar xi ħsara tista’ issir. Jekk il-ħsara li jsir jaf biha ma jkunx jista’ jsib tarf tagħha, jaħsibha darbtejn.

Għax Gvern serju jaf li anke’ l-baħar huwa tagħna ilkoll.

Advertisements

2 comments on “Anke’ l-baħar tagħna ilkoll

  1. Perit Cacopardo, nisperaw li l-P.M. Joseph Muscat u l-Kabinett ikunu tassew mohhhom miftuh fuq din l-idea ta’ ‘land reclamation’. Il-poplu ma jahfira lil hadd jekk l-affarijiet isiru minghajr konsultazzjoni u jirrizultaw effetti ekonomici u ambjentali negattivi.
    Il-poplu ghamel sew li ipprova lill-P.L. ghax kien hemm bzonn bidla fil-gvern. Hazin min jipprova jghaddi fuq il-poplu qisu tank tal-gwerra, minghajr rispett, minghajr konsultazzjoni. Jien ghandi fiducja li l-P.L. ma jaghmilx dan.
    Pero z-zmien jaghtina parir…..

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s