Il-Ministri u l-Kodiċi ta’ Etika tagħhom

code-in-ethics

Nitbissem meta nisma’ il-PN jitkellem dwar il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u d-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat dwar Franco Mercieca.

Nifhem li mhux deċiżjoni faċli la għal Joseph Muscat u l-anqas għal Franco Mercieca. Hi deċiżjoni li għal perjodu ta’ transizzjoni tista’ tkun ġustifikata imma b’mod permanenti ma naħsibx li tkun korretta.

Il-kritika tal-PN dwar il-mod kif qed ikun “injorat” il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri kont neħodha bis-serjeta’ li kieku l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi applika dan il-Kodiċi sewwa. Per eżempju għalfejn Lawrence Gonzi ma sab l-ebda diffikulta li jħalli lil Tonio Fenech dakinnhar Ministru isiefer biex jara logħba tal-Arsenal fuq jet privat (bla ħlas) ma’ nies tal-business meta skond il-Kodiċi tal-Etika dan ma setax iseħħ?

Waqt il-kampanja elettorali kienu qalulna li Tonio Fenech kien skuża ruħu u li l-każ kien magħluq.

Din is-serjeta’ tal-PN!