Iktar kmieni din il-ġimgħa f’dan il-blog, fi blogpost intitolat Alternattiva Demokratika: ħarsa l-quddiem jiena għidt li kont fi ħsiebni inwarrab mit-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika. Diversi interpretaw dak li għidt bħala li ser inwarrab mill-politika.
Jiena għidt biss li kien wasal iż-żmien li nagħmel il-wisa’ għal min hu iżgħar minni għax hemm bżonn demm ġdid u iktar enerġija.
Jiena għandi obbligu lejn il-membri ta’ AD kif ukoll lejn dawk kollha li ivvutaw lill-AD u dan l-obbligu fi ħsiebni inwettqu. Inkun irresponsabbli jekk naġixxi mod ieħor. Irrid inwassal lill-AD sal-Laqgħa Ġenerali Annwali qawwija u sħiħa biex b’serenita tagħżel team ġdid. Mhux ser inwarrab mill-ewwel mit-team, imma ser nibqgħa nagħti l-kontribut tiegħi u dan flimkien mal-kontribut ta’ bosta oħrajn.
Il-bieraħ mexxejt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Alternattiva Demokratika. Iddiskutejna l-ħidma tal-partit f’laqgħa kemmxejn twila li fiha kien hemm parteċipazzjoni wiesa’. Qbilna li l-ħafna tajjeb li għandha Alternattiva Demokratika jista’ jħalli iktar frott jekk intejbu l-qafas amministrattiv. Hu meħtieġ li norganizzaw ruħna aħjar.
Biex dan ikun jista’ jsir hemm ħtieġa li noħolqu spazju iktar għal dawk kollha li jridu u jistgħu jagħtu kontribut. L-unika riżorsi li għandha Alternattiva Demokratika huma dawk il-persuni li jagħtuha appoġġ. Matul il-ġranet li ġejjin is-Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva Demokratika Ralph Cassar ser jibda l-proċess li bħala riżultat tiegħu għandna naslu għal parteċipazzjoni iktar wiesa’ tal-membri u ta’ dawk kollha li jixtiequ jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-AD.
Sadanittant ħadna ukoll deċiżjoni li l-Laqgħa Ġenerali Annwali issir matul ix-xahar ta’ Mejju 2013. Probabilment li issir nhar l-24 ta’ Mejju. Id-data tkun ikkonfermata iktar tard.
Jiena ser nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi biex it-transizzjoni fit-tmexxija tkun bla skossi. Meta imbagħad din it-transizzjoni tkun seħħet inkun nista’ nara aħjar fejn ikun meħtieġ il-kontribut tiegħi fil-partit. Hemm bosta x’nista’ nagħmel. M’għandi l-ebda intenzjoni li nisparixxi.
Alternattiva jixirqilha rapprezentazzjoni fil-Parlament. Ma jistax ikun li l-voti li nghataw lill-AD jibqghu minghajr siggu fil-Parlament.
Mhux gust….Abbuz anzi!
Nies bhal Perit Carmel Cacopardo u ohrajn li jmexxu dan il-partit ghandna bzonnhom fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz..
Nisperaw li r-Riformi Kostituzzjonali jindirizzaw din il-problema!
“M’għandi l-ebda intenzjoni li nisparixxi.”
Nisperaw. Ghalkemm AGMs qatt ma attendejt ta’ l-ebda partit, kif diga ghetlek, l-AD nappogjahom hafna u lilek personali narak tajjeb immens u l-vera ddispjacut ghax ma hrigtx fuq id-distrett tieghi. Jekk tiddeciedi li tohrog ghall-MEP ovjament il-vot inkun nista’ ntijulek ghax tkun kandidat nazzjonali. L-argumenti tieghek huma sodi u bla biza’ u kif indunajt inti, hafna ippanikjaw meta nterpretaw dak li ghedt int bhala li se tispicca mill-politika. Nisperaw li narawk izjed fuq il-mezzi tax-xandir. Int tajjeb immens.
http://www.newsbook.com.mt/artikli/2013/4/16/awdjo:-'ilhom-jigru-warajja-biex-nkun-chairman-tal-ad'—carmel-cacopardo.5630?utm_source=dlvr.it&utm_medium=facebook
Sur Cacopardo,
Prova ifhem li hawn hafna nies iriduk Chairman u jien wiehed minnhom. Ahna irriduk ghax int tajjeb. X’se titlef billi tkun inti? Tghin tista, xejn izjed