Il-Gvern permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat repetutament qed jgħid li jrid jinvolvi lill-Membri tal-Parlament taż-żewġ naħat tal-Kamra fil-ħidma tal-Gvern.
Dan nissel reazzjonijiet diversi inkluż, u b’mod partikolari, mill-Opposizzjoni. Il-bieraħ fil-fatt Simon Busuttil Viċi Kap tal-PN qal li l-Opposizzjoni mhiex ser tinxtara. Dan qalu kemm fil-Parlament kif ukoll fl-artiklu tiegħu ta’ kull ġimgħa fit-Times intitolat A flawed “executive” offer .
Xogħol il-Membru tal-Parlament hu fil-Parlament. Jiġifieri jagħmel il-liġijiet u jgħarbel il-ħidma tal-Eżekuttiv. Minflok iżda qed tiġi żviluppata l-idea li dawk il-Membri Parlamentari li mhumiex Ministri jew Segretarji Parlamentari jkun aħjar jekk jinstabilhom xi ħaġa biex ikollhom biex jgħaddu l-ħin għax inkella jsibu huma l-mezz biex jgħaddu l-ħin. Il-konsegwenzi ta’ dan ma jkun xejn pjaċevoli kif jaf sewwa Lawrence Gonzi!
Din m’hiex xi ħaġa li ivvinta Joseph Muscat. Esperimentaw biha l-Prim Ministri kollha ta’ qablu. Kemm Mintoff fis-snin sebgħin kif ukoll Gonzi fis-snin li għadhom kif għaddew fittxew modi kif jokkupaw il-ħin tal-Membri Parlamentari. Mintoff u Gonzi din għamluha mal-Membri Parlamentari tal-Gvern li kienu jmexxu. Joseph Muscat qed jipprova jifrex il-ħsieb iktar minn hekk u jsib applikazzjoni tiegħu mal-Opposizzjoni ukoll.
Naħseb li l-idea hi fil-prinċipju żbaljata. Għax il-kapaċita u l-kompetenza ta’ kull Membru Parlamentari għandha tkun applikata fil-ħidma tal-Parlament.
L-ewwel nett fil-ħidma diretta tal-Kamra u l-kumitati tagħha, fil-parteċpazzjoni fid-dibatti dwar liġijiet u l-politika tal-oqsma differenti. It-tieni fis-sorveljanza tal-ħidma tal-Gvern inkluż fil-mod kif jaħdmu l-awtoritajiet: kif jonfqu l-fondi allokati kif ukoll kif titfassal u tiġi applikata l-politika fl-oqsma differenti.
Fost oħrajn il-Parlament għandu jkun full-time. Jiġifieri l-Membri Parlamentari għandhom jokkupaw il-ħin kollu tagħhom fil-Parlament. Jekk u meta jagħmlu dan m’għandix dubju li jsibu ħafna x’jagħmlu. Wisq nibża’ iżda li la l-PN u l-anqas il-PL ma jixtiequ dan għax jekk il-Parlament jiġi f’posizzjoni li jagħmel xogħolu aħjar ikun diffiċli ħafna iktar li xi rokna tal-ħidma tal-Gvern tibqa’ mistura.
Din hi l-problema reali li qed jaffronta Joseph Muscat. Iffaċċja qablu Lawrence Gonzi. Kemm Muscat kif ukoll Gonzi jaħsbu li jkun għaqli li l-Membru Parlamentari jinżamm okkupat. Bħala riżultat t’hekk il-ħidma tal-Gvern tkun mgħarbla ħafna inqas milli hu neċessarju.
Il-poplu jtella membri fil-parlament biex jaghtru sehmhom lejn il-pajjiz. Sfortunatament dan ma jigrix. L-attendenza u x-xoghol fil-parlament hija mizera ghas-salarji li iehdu l-membri. Il-maggoranza tal-membri huma mehdija kif ha jagevolaw lill-Partit li japprezentaw biex b’hekk jibqaw fil-gvern u jikkmandaw. Dan jaghmluh mhux ghall-pajjiz, imma ghal gwadanji personali taghhom. Dan huwa fatt sagrosant li qed jigri il-hin kollu . Joseph Muscat qed jipprova jibdel din il-mentalita’ biex b’hekk jiddahlu ghal darba ohra il-moralita’ u l-etika’ fil-politika. Dan jista’ jservi ta’ ezempju biex b’hekk dawn il-valuri jerghu jiddahhlu fil-poplu taghna, f’kwalunkwe sfera. Simon Busu8ttil huwa divisiv bhal ma kien EFA. Jippreferi d-divizjoni u l-konfrontazjoni fuq kollox. M’huwiex kredibbli, wara li kien l-awtur ta’ nofs informazzjoni fuq l-EU (vantaggi u mhux zvantaggi wkoll) u l-famuz slogan falz u malizzjuz ta’ ‘money no problem’ li jibqa’ msemmi fl-istorja ta’ pajjizna. Fi gwerra il-partiti politici jinghaqdu biex jiddefendu l-pajjiz. Bhalissa fid-dinja ghaddejja gwerra finanzjarja. Il-pajjiz ma jistax jinfired u lanqas jista’ jkun oligokarku. Kulhadd ghandu jaghti sehmu. Joseph Muscat jghid sew. Il-Pl lest li jaccetta lil dawk illi jridu jahdmu ghall-pajjiz, huma min huma. Il-PN huwa famuz ghal divizjoni u gambetti anke fi sfera internazzjonali meta l-PL ikun fil-gvern. Din in-Nazzjonalisti ta rieda tajba ma jriduhiex. Din hija r-raguni ghaliex il-PN ma jridx li jivvutaw it-tesserati ghall-ghazla ta Leader, etc. Kieku jsir dan il-kandidati appoggati mill-klikka ta’ gewwa ma jigux maghzula. Il-moderazzjoni tajba f’kollox. Jekk xi hadd jizra’ firda fuq naha, in-naha l-ohra tibda’ tifred ukoll, u nerghhu ghal-ligi tal-gungla. Xoghol Simon Busuttil jidher li qieghed hemm biex jizra’ din il-firda u ma jhallix l-ghaqda li qed jitlob Joseph Muscat, biex b’hekkk dan ta’ l-ahhar ma jirnexxilux u jitlef il-popolarita’. Hija din l-etika tal-pariti democristjan bhal PN? “The end does NOT justify the means” ghandha terga tibda tghodd.
Jibqa’ l-fatt li xoghol il-Membru Parlamentari hu fil-Parlament u mhux kif qed jipproponi Joseph Muscat.