L-aħbar tat-Times dal-għodu li l-Partit Nazzjonalista m’huwiex f’posizzjoni li jħallas il-pagi tal-impjegati tiegħu m’hiex aħbar tajba.
M’huwiex ċar eżattament x’ġara minħabba li Pawlu Borg Olivier, Segretarju Ġenerali tal-PN, ma weġibx il-mistoqsijiet tal-ġurnalista tat-Times billi dak li ntalab tqies bħala kummerċjalment sensittiv!
Niftakru imma li fi Frar 2013 kien hemm l-aħbar li Żaren Vassallo silef kwart ta’ miljun euro (€250,000) lill-PN. Dakinnhar kienu qalulna li dan kien arranġament kummerċjali proviżorju. Is-self kienu qalulna ser jitħallas!
Dan kollu jerġa’ jiftaħ beraħ id-diskussjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Il-Bank of Vassallo ċertament li m’huwiex is-soluzzjoni. Huwa importanti li s-saħħa tal-flus ma tibqax tkun ċentrali fil-politika. Għax dak li fil-fatt ilu jiġri għal numru kbir ta’ snin (mhux biss f’Malta). Hemm bżonn li tkun megħluba r-resistenza li l-PN kellu għal trasparenza fil-finanzjament tal-politka. Għal xi żmien anke’ l-Partit Laburista kellu din ir-resistenza, sakemm hu ukoll beda jiffaċċja d-diffikultajiet.
Alternattiva Demokratika fil-programm elettorali tal-aħħar elezzjoni kienet ċara, kif kienet f’kull elezzjoni ġenerali.
Il-posizzjoni illum suppost li hi committment min-naħa tal-Partit Laburista li waħda mill-ewwel liġijiet li ser jitressqu fil-Parlament li ser jiltaqa’ bħal-lum ġimgħa ser tkun dik dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Nistennew u naraw.
Dan fl-ariklu kollu minnu.
Jien nistenna li l-Partit Laburista iwettaq dak li wieghed. Specjalment f’materja importanti bhal dik spjegta fl-artiklu.
Il-poplu jistenna li Dr. Joseph Muscat u l-PL jirriforma kull fejn hemm bzonn ta’ riforma. U, kemm jista’ jkun, ma jonfoqx iz-zejjed – bhal ma kienu jaghmlu Dr. Gonzi u l-PN!
Gwaj ghal min jidhak biul-poplu;
Gwaj ghal min ma jpoggix fuq nett l-Interess tan-Nazzjon….