PN : iż-żerriegħa tat-telfa

seeds

It-telfa elettorali tal-PN nhar id-9 ta’ Marzu ma ġietx f’daqqa. Ilha hemm. Is-sinjali ilhom jidhru għal min ried jarahom.

Dawn is-sinjali ġew injorati sforz l-arroganza li matul dawn l-aħħar snin kienet il-mutur ewlieni tat-tmexxija tal-PN.

F’Marzu 2008 l-PN ingħata warning meta rebaħ l-elezzjoni bi sbrixx: bi ftit inqas minn 1600. Dak il-warning il-PN ma tax każ tiegħi. Minflok ma daħal f’qoxortu l-PN immexxi minn Lawrence Gonzi żied id-doża tal-arroganza tiegħu.

F’Marzu 2008 l-PN seta jibda l-proċess biex jitnaddaf. Biex isewwi l-ħsara. Iżda minflok baqa’ għaddej bħal bulldowzer minn fuq kulħadd.

Jiena irreżenjajt mill-PN f’Jannar 2008. M’għandi l-ebda dispjaċir. Dakinnhar  u fil-ġimghat ta’ wara l-PN seta janalizza x’ġara u kieku ried kellu l-għodda biex isib ir-rimedji. Mhux bil-paroli iżda bil-fatti. Billi jwarrab l-arroganza. Minflok iżda, żied id-doża.

Minflok flimkien kollox possibli l-PN għażel triq oħra. Triq li jqis lil kull min ried inaddaf u jsewwi bħala għadu.  Mill-mument li għażel dik it-triq it-tkaxkira kienet inevitabbli.

One comment on “PN : iż-żerriegħa tat-telfa

  1. Naqbel mieghek Carm perfettament.
    L-arroganza tal-PN jew ahjar tal-erba ta’ gewwa li kienu jmexxu, telghet għal rashom. Hasbu ghax ilhom hemm 25 sena, allura issa huma mnehhbin minn alla u ma jistaw jaghmlu xejn hazin. Sahansitra kienu jahsbu li kienu sejrin jibqu hemm ghal 20 sena ohra.
    Minbarra l-arroganza bdew jemarginaw in-nies, vilment u fl-apert. Ghaddew minn fuq kulhadd. Insew li riedu jmorru ghand in-nies ghal vot. Hasbu ghax jisselfu kwart ta’ miljun minn minn qdewh setu jitilghu. U r-rizultat huwa ezatt rizultat ta din l-arrogana, u dan l-agir. Jidher li ma tghallmu xejn ghax ghadhom sejrin bl-istess diska. u b’din id-diska veru sejrin jaghmlu 20 sena ohra, imma fl-oppożizzoni. marru kif ghidt int kontra l-ghajta taghhom. Flimkien kollox possibli u ghamlu kollox ma ta gewwa imbarra ma kulhadd flimkien. dawk il-percimes mid-dehra diga qeghdin idabbru rashom baxx baxx. forsi qed jisthu juru wiccom, jekk jisthu. U jhallu l-ohrajn jigbru l-bicciet u jipprovaw jergghu jibrnu mil-gdid. Imma kif gralu l-labour, qabel ma l-ucuh li kien hemm sa qabel lid-9 ta’ marzu jehbu minn fuq ix-xena tal-partit, sejrin izommuhom imzammrin mal-bank tal-oppozizzjoni.
    Hekk riedu, hekk ghamlu u hekk hadu.

Leave a Reply to ganpatist Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s