Hi loġika li l-ewwel teżamina bir-reqqa l-andament tal-elezzjoni ġenerali u wara li tali eżami jkun konkluż ikun hemm diskussjoni. Fid-diskussjoni, jekk issir bis-serjeta’, jkunu identifikati mhux biss l-iżbalji imma ukoll min kien responsabbli għalihom.
Jekk il-PN kapaċi jagħraf l-iżbalji li għamel kif ukoll min kien responsabbli għalihom ikun imbagħad f’posizzjoni li jagħżel lil min imexxih fis-snin li ġejjin. Għażla li jekk issir sewwa twarrab mhux biss lil min għamel l-iżbalji iżda ukoll lil dawk kollha li ma kienux kapaċi jaqdu dmirhom u flok ma fetħu ħalqhom ippreferew jinċensaw.
Imma fil-PN mhux hekk isiru l-affarijiet. L-ewwel ser jagħżlu l-Kap il-ġdid. Wara jiddiskutu rapport li janalizza l-elezzjoni.
Verament li aktar ma l-affarijiet jinbidlu, iktar huwa ċar li jibqgħu l-istess.