X’fehem Michael Gonzi?

Flimkien Kollox possibli

Michael Gonzi fehem eżattament x’ġara. Hekk ta’ l-inqas qalilna fil-blogpost tieghu intitolat Analysis of Defeat bid-data tas-16 ta’ Marzu 2013.

Il-PN, jgħidilna Michael Gonzi f’din il-blogpost, tilef l-elezzjoni għax il-votanti kellhom l-impressjoni li l-Gvern kien inkompetenti (“The perception of an incompetent government.”)

Michael jgħidilna li l-votanti injoraw il-ġid kbir li għamel ħuħ Lawrence u iddeċidew a bażi ta’  affarijiet żgħar (the micro-elements).

Naħseb li Michael qed jgħix f’dinja oħra għax kieku kien jirrifletti ftit fuq il-kliem tad-deheb “Flimkien kollox possibli” forsi jifhem ftit li dak il-“flimkien” ma fisser xejn matul il-ħames snin li għaddew.

Nissuggerixxi lil Michael Gonzi biex jaqra ftit artiklu miktub minn Simon Busuttil fit-Times ta’ Malta tat-12 ta’ Marzu 2008 bit-titlu All together now.

B’idu fuq il-kuxjenza Michael jista’ jipprova jiżen ftit u jgħarbel. L-aħħar sentenza tal-artiklu ta’ Busuttil tgħid kollox: “We are one country, one nation and one family. And the onus lies on the winners to make sure there are no losers. To reach out and rope people in.”

Jidher li Michael għadu ma fehem xejn!

2 comments on “X’fehem Michael Gonzi?

  1. kieku ahna Cipru,Grecja,Italja ,Spanja bil problemi kollha li ghandhom kieku forsi nghid jien qed nghix dinja ohra ,imma ghal grazzja ta Alla Pajjizna ahjar minn dawn . Wassalna fejn wassalna ghax xi haga tajba ghamel il gvern ta Gonzi u xorta kellna telfa madornali . Nista insemmilek pass pass kif ghaddew dawn l ahhar hames snin u il problemi kollha li iffacja il gvern ta Gonzi . Allura nahseb int ma fhimtx li ippruvajt nikteb jew inkella ,bhal haddiehor ,retorica biss ghandek

    • Michael,

      Jiena la qatt ghidt u l-anqas ma jiena ser nghid li ma sarux affarijiet tajba mill-Gvern immexxi minn huk.

      Pero. l-Gvern immexxi minn huk kien Gvern li ipprietka l-inkluzjoni (flimkien kollox possibli) u ipprattika l-eskluzjoni. L-arroganza ma kienitx percezzjoni izda fatt. Iktar minn hekk kienet pediment importanti tal-politika tal-Gvern immexxi minn huk.

      Michael, ma nafx jekk intix konxju li mhux bil-hobz biss nghixu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s