Snippets from AD’s electoral manifesto: (41) Family Policy

family

The following extract is taken verbatim from Chapter 15 of AD’s Electoral Manifest

The concept of the family varies in different social contexts.

The social changes happening around have seen the family evolving and changing and therefore we would be more accurate if we refer to “families” in order to reflect today’s realities. The social policy of Alternattiva Demokratika recognises different family types which exist in Maltese society and respects the rights and obligations of individuals forming part of these diverse family types. At the same times it stresses the importance of addressing such diversity instead of continuing to project one type of family.

Alternattiva Demokratika believes that we should move towards a family model based on the idea of the ‘universal caregiver’, where everyone, irrespective of one’s sex or status, is able to participate in the public sphere (e.g. Employment) and in the private sphere (e.g. Caring). A democratic family policy should also have children within its central framework, where regardless of the type of family, the parents should have rights and responsibilities where children are concerned.

Alternattiva Demokratika recognises the importance of the family in Maltese society. A lot of wealth, both material and not, which is created in society, is the fruit of Maltese and Gozitan families.

Alternattiva Demokratika is proud to have been pivotal in the introduction of divorce in Malta. In the same way, AD proposes the introduction of a progressive social policy pertaining to the family.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 15 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-kunċett ta’ familja jvarja f’kuntesti socjali differenti. Il-bidliet soċjali li qed iseħħu madwarna raw lill-familja Maltija tevolvi u tinbidel u għalhekk inkunu aktar preċiżi jekk nużaw l-idea ta’ ‘familji’ biex inkunu qed nirriflettu ir-realtajiet ta’ llum. Il-politika soċjali ta’ Alternattiva Demokratika tagħraf diversi tipi ta’ familja li jeżistu fis-soċjetà Maltija u tħares id-drittijiet u l-obbliġi tal-individwi li jikkomponu dawn il-forom diversi ta’ familja. Fl-istess ħin tisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata din id-diversità minflok jibqa’ jiġi pproġettat tip wieħed ta’ familja. Alternattiva Demokratika temmen li għandna nersqu lejn mudell ta’ familji ibbażat fuq l-idea ta’ ‘universal caregiver’, fejn kulħadd, irrispettivament minn sess u stat, għandu jkun involut fl-isfera pubblika (eż. l-impjieg u x-xogħol) u dik privata (ez. ħarsien). Politika demokratika tal-familja għandu wkoll ikollha lit-tfal fil-qafas ċentrali tagħha, fejn irrispettivament mit-tip ta’ familja, il-ġenituri jkollhom drittijiet u dmirijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-tfal.

Alternattiva Demokratika tagħraf l-importanza tal-familja fis-soċjetà Maltija. Ħafna mill-ġid, materjali u mhux, li jinħoloq fis-soċjetà Maltija, hu frott il-ħidma tal-familji Maltin u Għawdxin.

Alternattiva Demokratika hija kburija li kienet il-mutur li wassal għall-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta. Bl-istess mod, AD tipproponi l-introduzzjoni ta’ politika soċjali progressiva fil-qasam tal-familja.