Snippets from AD’s electoral manifesto: (27) Education (general)

education 01

The following extract is taken verbatim from Chapter 11 of AD’s Electoral Manifesto

Education is an endeavour which should be intimately tied with the all-round development of persons including the academic, physical, social, ethical, emotional and vocational aspects. Education should also develop a sense of respect towards the environment of which we are a part. It should also help the development of a creative attitude and a critical conscience within the framework of communities. This is deemed important given the current situation of precariousness in employment and an underlying neo-liberal hegemony which gradually unravel collective responsibility and solidarity.

Education should be the means that develops democratic citizenship. Rather than perpetuating social inequalities, education should be the vehicle for their removal. In a changing world, education should be a continuous, dynamic, critical and transformative endeavour which is life-long. AD had officially endorsed the reform in education launched four years ago on the premise that the reform was sorely needed. At the same time, AD feels that it should stimulate discussion and critical debate so that the process and the ultimate aims of the reform, in particular the issue of social justice are upheld.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 11 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

L-edukazzjoni għandha tkun marbuta mal-iżvilupp sħiħ tal-bniedem li jinkludi l-aspetti akkademiċi, fiżiċi, soċjali, spiritwali, etiċi, emozzjonali, u vokazzjonali. Għandha trawwem ukoll rispett lejn id-dinja u l-ambjent li sawwarna u li ngħixu fih. L-edukazzjoni għandha tgħin lill-individwi jiżviluppaw attitudni kreattiva u kuxjenza kritika f’kuntest komunitarju. Dan partikolarment fi sfond soċjali kurrenti ta’ prekarjetà u xejriet neo-liberali li jnaqqru mis-sens ta’ responsabbiltà kollettiva u solidarjetà.

L-edukazzjoni għandha tkun il-mezz li bih il-persuni jiżviluppaw bħala ċittadini f’soċjetà demokratika. L-edukazzjoni m’għandhiex tipperpetwa l-inugwaljanzi soċjali iżda għandha tgħin biex dawn jixxejnu. F’dinja li l-ħin kollu qed tinbidel, l-edukazzjoni trid tkun proċess kontinwu u dinamiku kif ukoll kritiku u trasformattiv li jissokta tul il-ħajja. L-AD kienet uffiċjalment ħaddnet u approvat ir-riforma fl-edukazzjoni varata erba’ snin ilu għax emmnet fil-bżonn tagħha. Fl-istess waqt, tħoss li għandha tistimola diskussjoni u ħsieb kritiku biex il-proċess u l-għan aħħari tar-riforma partikolarment dak ta’ ġustizzja soċjali jintlaħaq.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s