Snippets from AD’s electoral manifesto: (10) Appointments to a Consolidated MEPA Board

conference_table_large

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Appointments.
The work undertaken will bear fruit depending on the competence and trustworthiness of those appointed to lead. AD hence proposes that whilst Government retains the right to appoint members of this consolidated Authority this should only be done after Parliament, though a Select Committee, consents to the proposed appointments. Parliament would be in a position to consider whether to give its consent after its Select Committee examines in a public hearing the proposed candidates. Every candidate would be examined in public on his/her experience and qualifications relative to the proposed post.

With reference to the representation of civil society sitting on the Board of the Authority, nominations should come directly from the affected bodies. There should be less public officers and more representatives of civil society in the consolidated authority.

This would hopefully lead towards an increase in the nomination of competent persons and consequently to a corresponding reducing in the appointment of persons whose best qualification is their political party membership card. As a result Parliament would be reclaiming from government an important role to ensure that environment protection is taken much more seriously.

This would apply to the Chairman and members of the Board administering the Authority as well as its principal officers, namely its Chief Executive Officer, the Directors as well as the members of the Commissions and Appeal Tribunals who decide on applications for development, resources as well as other environmental permits.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-Ħatriet
Il-ħidma tkun effettiva daqs kemm ikunu kompetenti u affidabbli dawk li jinħatru biex imexxu. Alternattiva Demokratika għaldaqstant tipproponi illi filwaqt li l-Gvern tal-ġurnata jibqa’ jżomm s-setgħa li jaħtar il-membri ta’ din l-Awtorità kkonsolidata, dan m’għandux jagħmlu sakemm il-Parlament permezz ta’ Kumitat Magħżul ma jagħtihx il-kunsens tiegħu għall-ħatriet proposti. Il-Parliament ikun jista’ jikkunsidra li jagħti l-kunsens tiegħu wara li l-Kumitat Magħżul tiegħu ikun organizza sessjoni pubblika (public hearing) li fiha jgħarbel lil kull persuna proposta. Kull persuna proposta għandha tkun eżaminata fil-pubbliku dwar l-esperjenza u l-kwalifiċi tagħha konnessi mal-ħatra proposta.

Fejn tidħol rappreżentanza mis-socjetà ċivili, in-nominazzjonijiet għandhom isiru direttament mill-korpi effetwati. Għandu jkun hemm inqas uffiċjali pubbliċi bħala membri tal-bord, u rappreżentanza ikbar tas-soċjetà ċivili fl-awtorità kkonsolidata.

B’hekk huwa ittamat li jiżdiedu n-nomini ta’ persuni kompetenti kif ukoll li jonqsu l-ħatriet ta’ persuni li l-iprem kwalifika tagħhom hi l-lealtà politika. B’hekk ukoll il-Parlament ikun qed jieħu lura mingħand il-Gvern rwol importanti biex jassigura li l-ħarsien tal-ambjent jittieħed b’iktar serjetà.

Dan jgħodd għaċ-Chairman u l-membri tal-Bord li jmexxu l-Awtorità kif ukoll l-uffiċjali ewlenija fit-tmexxija tal-Awtorità li jinkludu iċ-Chief Executive Officer, id-Diretturi kif ukoll il-membri tal-Kummissjonijiet jew Tribunali tal-Appell li jiddeċiedu dwar talba għal permessi kemm ta’ żvilupp kif ukoll dwar riżorsi u permessi ambjentali oħra.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s