Snippets from AD’s electoral manifesto: (9) Against Fragmentation (of Environmental Governance)

mepa1

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Against Fragmentation.

MEPA which was established in 2002 through the amalgamation of the Planning Authority and the Department for the Environment has been generally ineffective in carrying out its duty of protecting the environment. This has come about because as a result of the structures created, even after the so-called 2010 reforms, the environmental function of MEPA has been entrusted in the hands of those who consistently indicated that their interest was in encouraging unbridled development. The Directorate for the Protection of the Environment is suffocated and can hardly act except in some exceptional case where it would be to the political benefit of Government.

In addition to this there is a serious problem resulting from the spreading of various environmental responsibilities under different Ministries and Authorities. Fragmentation reduces the effectiveness of any action taken.

In the past AD focused on the need to separate the environmental function from the land use planning function. This emphasis was made as the basic problem then was that the environment protection function was continuously over-ruled by those bent on development at all costs.

AD is today proposing a different solution. This solution is intended to address environment protection and identify it as a central function whilst simultaneously addressing the existing fragmentation: this can be carried out by consolidating all the environmental functions in one authority. We thus propose that MEPA and the Malta Resources Authority (MRA) are brought together in one authority. In a consolidated authority the environmental function should be central and should lead the Planning Directorate to take a secondary role.

The consolidated authority will eliminate existing duplication and will thus lead to a better utilisation of resources as well as trained staff currently on the books at MEPA and MRA .

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Kontra l-Frammentazzjoni.

Il-MEPA li inħolqot fl-2002 bl-amalgamazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Ambjent kienet ħafna drabi ineffettiva fil-qadi ta’ dmirha li tħares l-ambjent. Dan minħabba li bl-istruttura li nħolqot, anke wara l-hekk imsejħa riforma tal-2010 il-ħidma ambjentali tal-MEPA hi fdata f’idejn min konsistentement wera li l-interess tiegħu hu li jinkoraġġixxi l-iżvilupp bla rażan. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent fil-MEPA hu maħnuq u ftit li xejn jista’ jaġixxi għajr f’xi eċċezzjoni fejn ikun jaqbel politikament għall-Gvern.

B’żieda ma’ dan hemm problema kbira kkawżata minn responsabbiltajiet ambjentali mifruxa fuq diversi Ministeri u awtoritajiet. Il-frammentazzjoni tnaqqas l-effettività tal-ħidma li ssir.

Fil-passat Alternattiva Demokratika iffokat fuq il-ħtiega tas-separazzjoni tal-funzjoni ambjentali mill-funzjoni tal-ippjanar dwar l-użu tal-art. Din l-enfażi kienet saret minħabba li l-problema prinċipali dakinnhar kienet li l-ħarsien tal-ambjent kien maħnuq minn dawk li riedu jmexxu ’l quddiem l-iżvilupp bla rażan tal-art.

Alternattiva Demokratika illum qed tipproponi soluzzjoni differenti. Din is-soluzzjoni hi intiża biex tindirizza l-importanza li l-ħarsien tal-ambjent ikun il-mutur li jmexxi, iżda ukoll li tkun indirizzat l-frammentazzjoni u dan billi jkunu kkonsolidati l-funzjonijiet ambjentali f’awtorità waħda. Nipproponu għalhekk li jingħaqdu f’awtorità waħda l-MEPA u l-Awtorità dwar ir-Riżorsi (MRA). Fl-awtorità kkonsolidata, il-funzjoni ambjentali għandha tkun dik ċentrali u għandha sservi biex id-Direttorat tal-Ippjanar jieħu funzjoni sekondarja.

L-awtorità kkonsolidata telimina d-duplikazzjoni eżistenti u b’hekk isservi biex ikunu utilizzati aħjar il-faċilitajiet u l-istaff imħarreġ li hemm illum fil-MEPA u l-MRA.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s