The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto
Corporate Social Responsibility (CSR)
In today’s world various organisations publish reports on a regular basis in which they list their impacts primarily on the community in which they operate.
In Malta only two companies do so, Bank of Valletta and Vodafone. To date they have published two editions of their reports. Each of these publications is of a positive nature but in every case there is room for improvement both in the policy direction as well as in content.
It is necessary that all companies listed on the Stock Exchange as well as parastatal organisations such as Enemalta and the Water Services Corporation together with all companies employing more than 1000 employees publish such information. It is important to underline that environmental reporting is as important as financial reporting and hence it should also be audited.
L-estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika (Kaptlu 14)
Responsabbiltà Soċjali tal-Industrija u n-Negozju (CSR)
Fid-dinja tal-lum huma diversi l-organizzazzjonijiet li jippubblikaw fuq bażi regolari rapporti li fihom jelenkaw f’dettall l-impatti tagħhom prinċipalment (iżda mhux biss) fuq il-komunità fejn joperaw.
F’Malta huma żewg kumpaniji biss li jagħmlu dand: il-Bank of Valletta u Vodafone. S’issa ppubblikaw żewg edizzjonijiet tar-rapporti tagħhom. Kull wieħed minn dawn il-pubblikazzjonijiet hu ta’ kontribut pożittiv imma f’kull każ hemm lok għal titjib kemm fid-direzzjoni politika kif ukoll fil-kontenut tar-rapport.
Huwa neċessarju li dan ikun estiż għall-kumpaniji kollha elenkati fil-Borża kif ukoll għall-Korpi Parastatali bħall-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma’ dawk il-kumpaniji fis-settur privat li jimpjegaw iktar minn 1,000 ruħ. Huwa importanti li jkun sottolineat li r-rappurtaġġ ambjentali huwa importanti daqs dak finanzjarju u għaldaqstant għandu jkun ukoll soġġett għal proċess tal-verifika.