Il-Partit Nazzjonalista qed jgħidilna li biex ikollna futur fis-sod (fl-edukazzjoni, ix-xogħol u s-saħħa) it-tim ta’ Lawrence u Simon hu indispensabbli.
Ma jgħidilniex iżda li l-present, għal uħud, fis-saħħa qiegħed fuq stretcher fil-kuritur u b’nuqqas ta’ mediċini. Simon, simpatiku bħal dejjem, ma jarax differenza bejn grocer li spiċċawlu l-piżelli u l-ispiżerija tal-Gvern b’lista dejjem tiżdied ta’ mediċini out of stock.
Huwa ovvju li l-investiment li għamel il-Ministru Joseph Cassar meta kien l-uniku membru tal-Kabinett li appoġġa l-kandidatura ta’ Simon għal viċi-Kap tal-PN ġja beda jirrendi. Verament każ ta’ investiment u futur fis-sod.
Imbagħad hemm is-Segretarju Ġenerali baħbuħ, Pawlu Borg Olivier, li jidher li qed jitgħallem kif jibagħat l-emails. Il-bieraħ bi tbissima, bejn Paula u Marthese, ħabbar il-linji gwida tal-Manifest Elettorali tal-PN u nfurmana kemm il-Partit jgħozz id-diversita’. Ħasra li ma kellux ċans jispjega għaliex id-diversita’ li jgħozz il-PN s’issa waslet sal-logo ta’ din il-kampanja elettorali. U jidher li sa hemm tista’ tasal!
L-aħħar punt.
X’futur hemm għalina u għal uliedna jekk jibqa’ jkollna Ministri (u Prim Ministru) li għalihom xejn m’hu xejn? Għax għal Gvern immexxi mill-PN, li Ministru jiddobba lift fuq jet privat ma bniedem tal-business biex jara logħba futbol ma fiha xejn. L-anqas jekk xi żmien wara, viċin jew fil-bogħod irid jieħu deċiżjoni politika dwar kif fl-aħjar interess tal-pajjiż jeħtieġ li tkun regolata l-industrija.
Ma ġara xejn l-anqas jekk is-Segretarju Privat ta’ Ministru jammetti fil-Qorti li hu korrot. B’daqshekk? L-aqwa li lill-Ministru tidhirlu d-Duluri u tfissirlu kemm hi inkwetata.
Qatt ma qalilna jekk kienitx inkwetata minħabba fih!
Artiklu li fih serjeta qawwija mohbija taht buffunerija.
Is-serjeta tikkonsisti fl-inefficenza u korruzzjoni li huma tant spjegati tajjeb; il-buffunerija tinsab fil-kummiedji li holqu dawk li suppost kienu qed imexxu pajjizna f’dawn l-ahhar hames snin.
U fejn huma t-trasparenza, serjeta u l-accountability li kien jiftahar bihom Dr. Gonzi?
Fil-Qrati? Fil-Parlament? Fic-Civil? Fil-MEPA u l-Ambjent? U halluna!
Sakemm partit li jkun qed jigverna ipoggi l-interess politiku u personali qabel dak Nazzjonali m’hemmx cans li pajjizna jiehu r-ruh! Hu ghalhekk li Gonzi PN iddizappunta bi kbir!