Malta tagħna lkoll

Malta taghna lkoll

 

Tal-Labour Party ħelwin.

Jgħidulna li Malta tagħna lkoll.

Iżda ma qalulniex għaliex lesti li jħallu lil min jisraq biċċa minn Malta li hi tagħna ilkoll iżomma għalih. Fil-fatt is-serq tal-art biex fuqu inbnew il-boathouses tal-Armier tal-Labour Party iberkuh. Għal-Labour Party l-Armier fejn insterqet l-art m’hiex tagħna ilkoll, iżda tagħhom biss!

Ma qalilniex kif tista’ tkun Malta tagħna ilkoll imbagħad il-Labour Party jivvota favur li Bertie Mizzi jieħu f’idejħ (b’tender s’intendi) Manoel Island.

Mal-ambjentalisti ħafna kliem ħelu dwar kemm taħraqhom qalbhom għall-ambjent. Imma meta jkunu ma’ dawk li jiżviluppaw l-art, jitkellmu b’mod differenti. Iktar jitkellmu dwar kemm il-MEPA qed iżżomm l-iżvilupp lura. Ħalluna naħdmu, qalilhom Sandro Chetcuti!

Malta tagħna lkoll. Bil-kliem iva. Iżda bil-fatti ħaġa oħra.

Magħna taf fejn int!

One comment on “Malta tagħna lkoll

  1. Nifhem il punt tieghek Perit pero ma tistax tippretendi li il-PL issa jaqbad u jiknes kollox lanqas ta. Qed issemmi l-Armier u Manoel Island. Mintix issemmi l-art ta Smart City, l-artijiet kollha li hadu zviluppaturi privati bic-cejca, Mid-Med, Lotto Pubbliku, Telemalta, Seamalta, it-Tarzna, l-ajruport ta’Malta u kull haga li kella Malta fija. Issa qedin titkellmu fejn kontu meta il-gvern nazzjonalista biegh nofs Malta. X’int tipprentendi li issa wara dan is-snin kolla il-PL jaqleb kull m’hawn. Ma nahsibx li qed tkun gust fil kritika tieghek. Naqbel ma hafna mill-principji taghkom ghalkemm ghandi ir-riservi tieghi rigward il-legalita ta luzu tad-droga. mhux ghax ma naqbilx mal kuncett imma li nuzah f’kampanja elettorali!!!! Prosit and keep it up

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s