Bil-flus ħerġin minn widnejh

euro-bills

Smajt lill-Avukat Gonzi jgħid li donnu Dottor Joseph Muscat għandu l-flus ħerġin minn widnejh. Dan qalu meta kien qed jikkummenta dwar il-gimmick tax-xandira tal-Labour f’nofs il-lejl biex iħabbrilna l-bidu tal-kampanja elettorali u s-slogan tal-PL għall-elezzjoni.

Ftakart ftit meta l-Avukat l-ieħor, Pawlu Borg Olivier, kien qalilna li l-PN fqir ħafna ħdejn il-Partit Laburista.

U ngħid jiena mela x’kien qed iżomm lill-Avukat Gonzi milli jagħmel liġi dwar il-finanzjament tal-partiti?

In-nuqqas tal-PN f’dan il-qasam hu l-kawża ta’ ħafna mill-gwaj fil-politika. Din hi waħda minn dawk l-affarijiet li dwarhom Franco Debono kellu raġun.

U bilħaqq, jista’ xi ħadd jispjegali ftit kif partit li jgħid li hu fqir jonfoq dawk il-flejjes kollha fil-billboards? Għal dawn ma ntefqux euro jew tnejn!

One comment on “Bil-flus ħerġin minn widnejh

  1. Perit Cacopardo, inti jmissek taf (infatti jien cert li taf) li Lawrence Gonzi jilghaba ta’ anglu pero jagixxi dejjem fl-interess politiku tal-partit. Jien lili din il-haga li l-aktar li ddejjaqni fih. Qabel kont nahseb li hu alla ta l-allat, korrett, bi principji sodi.
    Meta uza flus il-poplu ghal skopijiet politici (kien ta eluf ta’ Liri Maltin lill-ex Ministri u wara waqqaf il-kritika tal-backbenchers billi tahom ma’ l-10,000euro sabiex jahdmu ‘part-time’ fil-Ministeri) lili nehhili kull fiducja fih.
    Din tal-finanzament tal-Partiti veru Skandlu. Bhal ma hi n-nuqqas tal-Whistleblower Act.
    Heqq, ikollna nittamaw li jkun hemm tibdil fis-sistema politika f’pajjizna!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s