Alternattiva Demokratika talbet lill-Awtorita’ tax-Xandir biex tassigura li leħen AD jinstema fuq ix-xandir pubbliku viżiv matul il-kampanja elettorali li ser tibda għada. Dwar dan qed nistennew risposta mingħand l-Awtorita’ tax-Xandir forsi ma jibqax ikollna programmi bħal Xarabank li jagħti 50 minuta lill-PN, 50 minuta lill-PL u lill-AD l-mizerja ta’ 8 minuti. Forsi ma nibqgħux bi programmi bħal Dissett li jistieden biss lill-PN u lill-PL u mingħandna jieħu kumment qasir rrekordjat. Jew program bħal Bondi+ li jidhirlu li ġeneralment għandu jinjorana.
Żmien ilu Alternattiva Demokratika kienet għamlet l-istess talba fil-konfront tal-istazzjonijiet l-oħra tat-TV. L-Awtorita tax-Xandir dakinnhar kienet ħarġet direttiva dwar dak li għandhom jagħmlu l-istazzjonijiet tat-TV inkluż dawk politiċi.
Fil-fatt nhar is-6 ta’ Frar 2012 l-Awtorita’ tax-Xandir kienet iddeċidiet dwar ilment imressaq minn Alternattiva Demokratika billi :
- Ikkonkludiet li waqt kampanja elettorali, wara li jkun ħareġ ir-writ, ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa fuq NET TV u ONE TV fi programmi ta’ diskussjoni li fihom ikun hemm rappreżentanti ta’ partiti oħra għandu jkun mistieden rappreżentant ta’ AD u
- L-istazzjonijiet l-oħra kollha għandhom jistiednu rappreżentant ta’ AD kull meta jiddiskutu temi ta’ natura politika jew public policy waqt kampanja elettorali.
Nistennew ħalli naraw kif l-Awtorita’ tax-Xandir ser timplimenta din id-direttiva tagħha fuq in-NET u l-ONE.
Insellimlek Perit u nifrahlek ghal dan il-blog. Nixtieq infakkrek biss li l-Programm Affari Taghna dejjem ta’ lil A.D dritt daqs il-partiti l-ohra.
Grazzi u nawguralek
john bundy
John,
Il-Programm Affari Taghna m’huwiex qed jigi ikkritikat.
Ir-rimedju li ordnat l-Awtorita tax-Xandir hi fil-konfront tal-Istazzjon ONE u tal-istazzjon NET kif imfisser fil-post.
Nikkonferma li kellna diversi stediniet ghal fuq il-programm Affari Taghna li dejjem gew milqugha.
Gd Mng Carmel.Nahseb li hawn min qieghed toqorsu sewwa bil-Blog tieghek