Il-korruzzjoni: meta din tiffinanzja l-kampanja elettorali tal-Ministru

euros-loads-of-money

Il-liġi elettorali tistabilixxi li kandidat għall-elezzjoni ġenerali m’għandux jonfoq iktar minn €1,400 (l-ekwivalenti ta’ Lm600). Dan l-ammont jinkludi dak li jonfqu f’isem il-kandidat il-“ħbieb tiegħu”.

Kemm-il kandidat ser jinjora dan il-limitu fl-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 u qiesu ma ġara xejn?

Il-problema mhiex biss l-ammont minfuq, iżda iktar u iktar minn fejn jiġu dawn il-flejjes. Malajr tifhmu għaliex għal sena wara l-oħra jkollna t’kaxkir tas-saqajn biex ikollna liġi suriet in-nies dwar il-finanzjament tal-politika.

Minn fejn jiġu dawn il-flejjes?

Tweġiba żgħira ħadniha meta Noel Borg Hedley, dak li kien Segretarju Privat ta’ Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, ammetta fil-Qorti, li kkorrompa ruħu billi aċċetta l-flus biex jinfluwenza proċess amministrattiv. Il-flus tal-korruzzjoni li irċieva mingħand żviluppaturi (l-ahwa Jeffrey u Peter Montebello) għamel użu minnhom fil-kampanja elettorali tal-Ministru Tonio Fenech.

Għal Lawrence Gonzi jidher li qiesu ma ġara xejn meta fil-Qorti saret dikjarazzjoni ċara li l-korruzzjoni iffinanzjat il-kampanja elettorali ta’ wieħed mill-Ministri tiegħu.

Qed ngħid wieħed: għax b’dak nafu.

2 comments on “Il-korruzzjoni: meta din tiffinanzja l-kampanja elettorali tal-Ministru

  1. Niskanta mhux li nsir naf f’dan il-hnizrijiet…imma kif l-amministraturi prezenti, inkluz il-Prim Ministru, isiru jafu bihom u Alla jbierek qisu ma gara xejn!
    Anzi jippruvaw ibellaghwhielna li hawn Malta kollox tajjeb, nadif, trasparenti.

    Donnhom ma jafux li Malta meqjusa internazzjonalment bhal pajjiz KORROT!
    Kif jista’ dak li jkun imur jivvutalhom?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s