Jiena ukoll irċevejt l-ittra anonima tal-PN li paġna minnha qed nirriproduċi hawn fuq.
Żammejtha għax mill-envelope u l-label għaraft mill-ewwel minn fejn ġiet. Fl-ebda ħin ma kelli dubju u irriżulta li kelli raġun dwar dan.
Il-PN beda l-kampanja tat-twerwir bit-transfers.
Jiena ma kellix bżonn min ifakkarni għax kemm il-PN fil-Gvern kif ukoll il-Labour fil-Gvern it-tnejn imxew ħażin miegħi meta kont impjegat fis-settur pubbliku.
Fiż-żmien li Lawrence Gonzi u l-PN ilhom fil-Gvern mhux transfer ħadt iżda kelli l-kuntratt tax-xogħol fl-uffiċċju tal-Uffiċjal tal-Verifika tal-MEPA (Audit Officer) mhux imġedded u dan f’April 2007!
L-istorja tiegħi mal-Labour seħħet fl-1984 meta tkeċċejt mix-xogħol mal-Gvern għax kont nikteb fil-gazzetti tal-PN.
Għadni ma fhimtx għalfejn bgħatuli l-ittra anonima. Imma jidher li l-PN għandhom ħafna flus x’jaħlu.
M’għandhomx għalfejn ifakkruni. Għax jiena niftakar sewwa x’għaddejt minnu! Imma jidher li huma (il-PN) donnhom insew, u jippretendu li l-uniku passat li jeżisti hu ta’ ħaddiehor. Għax tagħhom iridu jinsewh qiesu qatt ma kien xejn. Mhux hekk tgħid.
Carm,
il-PN qed ibbezzaw b’dak li ghamel haddihor biex innessu lin-nies b’dak li ghamlu huma matul dawn l-ahhar snin, specjalment wara li telaq Fenech Adami.
Ghax ma jghidux tal-PN kif sejrin ihallsu d-djun kbar li ghamlu dawn l-ahhar snien specjalment bil-kommixxons li taw u r-rapporti li qabbdu l-min jaghmel biex imbghad hallewhom fuq l-ixkaffa. Tghid mhux sejrin irahhsu l-kontijiet tad-dawl u innaqqsu t-taxxi lill-haddiem.
Li niskanta hu li Simon Busuttil jaf dawn il-fatti kif spjegajthom tant tajjeb int f’dan l-artiklu u imbaghad ghandu l-wicc jidher quddiem il-poplu u jilghaba tal-haruf jassigura lill-votanti li jekk iridu li l-pajjiz jimxi ‘l quddiem ghandhom jergghu jivvutaw lill-PN!
Busuttil suppost irid li jkun hemm it-trasparenza u r-rikonciljazzjoni pero ma ghamel xejn dwar dan. L-ingustizzji li saru taht il-PN huma hafna simili ghal dawk li saru fl-aghar zmenijiet tal-PL mal-25 sena ilu.
L-ambjent irrovinawh – ghax l-ispekulatur ghalihom gie dejjem qabel; dahku b’sezzjonijiet shah tal-poplu; bieghu gojjelli nazzjonali lil barranin u l-bazuzli u issa d-dhul finanzjarju mill-ajruport, il-posta, etc. issa jmur ghand il-barranin; hallew l-ispekulatur jisraq l-ilma helu u jbighhu lil Maltin meta Malta ghandha Krizi serja fl-ilma; qabbad Konsulenti li kellhom diga xoghol u salarji regolari u hallashom minn but il-poplu….
Din l-amministrazzjoni tibqa msemmija ghall-inefficenza u abbuzi serji taghha bi flus il-poplu – bhal meta inghataw l-eluf ta’ Liri lill ex-Ministri li Gonzi halla barra fl-amministrazzjoni ahharija tieghu. Jew meta ghalaq it-tgergir tal-backbenchers billi tahom ma l-10,000ewro kull wiehed u taparsi baghthom jahdmu (sic!) fil-Ministeri….Jew meta l-Kabinett miskin ta zieda immensa lilu nnifsu wara dahar il-parlament!
Simon Busuttil spjega dan kollu jekk tistenna li l-poplu jisma minnek!
Sur Carmel Caccopardo
Jekk kemm-il darba inti jew xi hadd iehor mill-kollegi tieghi fl-A.D. tkunu f’xi dibattitu politiku fuq xi mezz tax-xandir nixtieqkom issemmghu meta fil-passat kien hemm mozzjoni fil-Parlament (ma nafx kiex Eddie Fenech Adami bhala Prim Ministru li ressaqha) liema mozzoni kienet tghid biex tkun amendata l-Kostituzzjoni sabiex jekk ikun hemm partit “zghir” li fl-elezzjoni generali, wara li jinghaddu l-ewwel preferenzi u jkun hemm xi partit li jgib ta’ l-anqas 5% tal-voti (mid-distretti elettorali kollha), mela dak il-partit jkollu dritt ghal siggu fil-parlament. Verament nixtieq li tali argument xi hadd tal-A.D. jerga jfakkru ghax kif hija is-sitwazzjoni la takkomoda liz-zewg partiti l-Kbar, hija difficli li xi partit iehor jirnexxielu jiehu xi siggu parlamentari.
That was the Galdes Commission recommendation in the 1990’s
Subsequently the Gonzi Commission was toying with the ‘idea’ to increase it to 8%
Nonetheless, we are still stuck with an inflated threshold of nearly twice as much as Gonzi’s ‘worst’ recommendation!
brief as they were your interventions on Xarabank were a breath of fresh air
Many thanks