L-imħallfin fl-aħbarijiet. Għal raġunijiet żbaljati. Raġunijiet li immaterjalment dwar x’ser tkun il-konklużjoni finali dwarhom ikompli jitfa iktar dellijiet fuq l-integrita’ tal-ġudikatura.
Kulħadd hu bniedem u l-possibilta’ tal-iżball uman dejjem tibqa’, ikun hemm kemm ikun hemm kontrolli.
Imma forsi issa hu l-mument addattat li nistaqsu jekk il-mod li bih jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati huwiex addattat. S’issa jaħtarhom il-Prim Ministru li jikkonsulta ruħu ma min iħoss il-ħtieġa.
Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li wasal iż-żmien li l-ħatriet isiru wara li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tgħarbel in-nomini tal-Gvern għall-Imħallfin u Maġistrati.
Il-Kummissjoni darba waħda biss kienet konsultata u dik id-darba kienet tat parir kontra l-ħatra li kienet ser issir. Minn dakinnhar lil hawn il-Kummissjoni qatt ma kienet ikkonsultata iktar.
Anke’ fil-ħatra tal-Imħallfin u l-Maġistrati hemm bżonn iktar trasparenza u serjeta’.
Naqbel mieghek, mija fil mija .
‘Anke’ fil-ħatra tal-Imħallfin u l-Maġistrati hemm bżonn iktar trasparenza u serjeta’.
Naqbel mija fil-mija li ghandu jsir hekk.
Pero jien nahseb li fal-lum l-amministrazzjoni tal-gurnat tfittex l-interess tal-Partit qabel dak Nazzjonali.
U huwa ghalhekk li kultant jinhatru Imhallfin u Magistrati li jiddizappuntaw fil-qadi ta’ dmirijiethom! F’il-hatriet ta’ Magistrati u Imhallfin hemm bzonn urgenti li jkun hemm aktar trasparenza, dizilvolviment tal-Partiti Politici u serjeta.
Din l-amministrazzjoni li ghodda spiccat certament li iddizappuntat f’din il-materja krucjali. Il-ftahir tal-Prim Ministru ma jwassalx s’hawnhekk u l-poplu konxju ta’ dan in-nuqqas!
Imma l-Prim ghalef sew sezzjonijiet tal-poplu sabiex jipprova jakkwista l-voti….
X’jimpurtah mill-hatriet fil-gudikatura Lawrence Gonzi! Lanqas il-Whistleblower Act ma introduca….
Kemm izzid biss li l-Imhallef in kwistjoni kien inhatar mill-Gvern Laburista tal-1996-1998.
David,
Meta nhatar bhala Imhallef hu irrelevanti, bhalma hu irrelevanti li ex-Prim Imhallef li xi snin ilu kien fl-istess sitwazzjoni kien inhatar bhala Prim Imhallef fl-2002, minn Gvern immexxi mill-PN.
Jehtieg li fil-hatra ta’ Mhallef u Magistrati godda, dawn ikunu taht skrutinju tal-Poplu u mhux tal-Politici, kif isir fil-U.S.A., b’hekk biss ikun hemm indipendenza tal-Gudikatura. Mhux biss, il-poplu jkun ivvota biex jahtarhom u l-poplu wkoll ikollu d-dritt li inehhi lil xi persuna mill-Gudikatura. B’hekk biss il-poplu jkollha d-dritt fuq il-Gudikatura. Il-Kif u “come” tal-formola mhix ta’ barra min hawn. Oltre min hekk il-Gudikatura ghandha tkun kompletament indipendenti fis-sens li l-ebda membru parlamentari ghandu jithalla jahdem f’kazijiet fil-qorti: Mela l-membru parlamentari qieghed jikteb il-ligijiet fejn jghid lil gudikanti kif ghandu jagixxi u wara dak l-istess membru parlamentari (M.P.) jkun quddiem dak il-gudikant biex dak i-gudikant biex joqghod fuq il-gudizzju tieghu, imma skond ir-regolamenti tal-membru parlamentari. Li qieghed isir qisu: nahseb li bil-fatt li M.P. ikun quddiem il-gudikant, qisu qieghed jghidlu “darb’ohra” nillegisla ligi sabiex naghmillek hajtek aktar difficli jekk kemm il-darba ma tehlisilux hafifa lill-klienti tieghi.”