L-Imħallfin fl-aħbarijiet

Scales_of_justice

L-imħallfin fl-aħbarijiet. Għal raġunijiet żbaljati. Raġunijiet li immaterjalment dwar x’ser tkun il-konklużjoni finali dwarhom ikompli jitfa iktar dellijiet fuq l-integrita’ tal-ġudikatura.

Kulħadd hu bniedem u l-possibilta’ tal-iżball uman dejjem tibqa’, ikun hemm kemm ikun hemm kontrolli.

Imma forsi issa hu l-mument addattat li nistaqsu jekk il-mod li bih jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati huwiex addattat. S’issa jaħtarhom il-Prim Ministru li jikkonsulta ruħu ma min iħoss il-ħtieġa.

Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li wasal iż-żmien li l-ħatriet isiru wara li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tgħarbel in-nomini tal-Gvern għall-Imħallfin u Maġistrati.

Il-Kummissjoni darba waħda biss kienet konsultata u dik id-darba kienet tat parir kontra l-ħatra li kienet ser issir. Minn dakinnhar lil hawn il-Kummissjoni qatt ma kienet ikkonsultata iktar.

Anke’ fil-ħatra tal-Imħallfin u l-Maġistrati hemm bżonn iktar trasparenza u serjeta’.