L-imħallef għand tal-grocer

Lino Farrugia Sacco 3

Sewwa qal Simon li in-nies għandha tiftaħ ħalqha għand tal-grocer. Ara xi smajt:

” Sewwa qed jgħidu n-Nazzjonalisti li l-Imħallef għandu jirreżenja. Mhux veru, jew, anke tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jgħidu li hemm bżonn jieħdu passi.”

“X’imħallef hu?”

“U dak Farrugia Sacco!”

“Tajba din. Għan-Nazzjonalisti kulħadd għand jirreżenja minbarra huma!”

“U xi trid tgħid biha din?”

“Mela ma smajtx inti l-istorja ta’ Noel Borg Hedley li kien segretarju privat tal-Ministru Tonio Fenech u ammetta li ħa l-flus mingħand il-kuntratturi biex jirranġalhom ħalli jinħafrulhom il-multi.”

“U x’għamel bihom il-flus?”

“Ammetta li nefaqhom ……….. fil-kampanja elettorali ta’ Tonio Fenech.”

“Kif jista’ jkun, Tonio Fenech qal li ma kien jaf b’xejn!”

“Inti taf x’qal Franco?”

“Eeeeeeeeeeee…………. x’qal?

“Li Tonio Fenech messu jbus saqajn Borg Hedley għax refa’ ħafna iktar milli messu u weħel b’kollox hu!”

“U dan Franco mela kollox jaf………………?”

“Mela ma tafx li lil Borg Hedley iddefendih avukat mill-uffiċċju ta’ Franco? Jiena naħseb li tinten sewwa l-biċċa. Avolja Tonio qed jgħid li ma jaf b’xejn. Jiena ngħid għalija ma nemminx li ma kien jaf b’xejn.”

“Mela mhux l-Imħallef biss għandu jirreżenja. Jidher li Tonio Fenech imissu ilu li dabbar rasu.”

3 comments on “L-imħallef għand tal-grocer

  1. Ferm interessanti! Possibbli li Tonio Fenech kapaci jilghaba ta’ l-innocenti daqshekk?
    U gara xi haga wara l-ammissjoni ta’ Borg Hedley? Il-Pulizija ntalbet tinvestiga?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s