Xi smajt dwar il-lealta’: għand tal-grocer

greengrocer

Sewwa  għamel Simon meta qal li  għand tal-grocer wieħed  għandu jitkellem u ma jibqax  ħalqu magħluq.

Li jsegwi hu parti minn diskussjoni  għand tal-grocer:

“Jekk tkun ħriġt għall-elezzjoni mal-partit għandek tibqa’ leali lejn il-partit. Intqal f’waħda mill-blogs.”

“U ngħid jiena, jekk il-Kap tal-Partit Lawrence Gonzi ma ħax passi meta l-affarijiet ma jkunux miexja sewwa, u jipprova jgħatti kollox, min mhux leali lejn il-partit?”

“X’jiswa’ li Lawrence Gonzi jippontifka li kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbilta’ tiegħu biex imbagħad hu u ta’ madwaru ma jerfawhiex?”

“F’dawn iċ-ċirkustanzi iktar kien leali lejn il-partit Franco Debono minn Lawrence Gonzi.”

3 comments on “Xi smajt dwar il-lealta’: għand tal-grocer

  1. Jien ukoll nahseb li Franco Debono genwinament ried li l-PN johrog mill-ghanqbut li ddahhal fih grazzi ghall-Arroganza u Ras Iebsa tal-Prim Ministru u dawk tal-Klikka ta’ madwaru.
    Debono wera li f’ Malta taht l-amministrazzjoni GonziPN kien hawn Sitwazzjoni Kostituzzjonali ferm kompromessa u demokratikament batuta.
    Wera dak li bosta Maltin diga jafu: li l-Guztizzja u specjalment il-Qrati Maltin ghandhom bzonn Riforma Papali.
    Minflok ghenuh attakkawh bla hniena. Issa nafu kif din il-grajja spiccat. Pero dak li beda Franco Debono zgur li jitkompla ghax issa ghajnejn il-poplu nfethu….
    Li kieku kien hemm Franco Debono biss kieku dak li jkun jista’ jahseb li din kienet biss ”one off, one man ” show. Izda nafu li kien hemm MPs ohra Nazzjonalisti li rribellaw kontra dak li raw qed jigri fil-Partit PN. Ghax mhux l-MPs Nazzjonalisti kollha joqghodu siekta jaraw x’jaraw madwarhom!
    Certament mhux Franco Debono li qala’ kollox izda haddiehor. .

  2. Jekk Franco Debono kien irrilevanti ghal Prim Ministru, ahseb u ara kemm huwa irrelevanti ic-cittadin li jipprova jikritika il-Gvern issa mhux izjed tal-gurnata ghax issa huwa caretaker government.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s