Joseph (il-progressiv) delivers

Joseph Muscat jaqbel mal-budget tal-bieraħ. Tant li qiegħed jgħid li l-Partit Laburista biss huwa l-unika garanzija li dan il-budget jista’ jitwettaq. Joseph delivers.

Jiġifieri Joseph Muscat jaqbel li min jaqla’ mhux ħażin titnaqqaslu it-taxxa minn 35% għal 25%. Fl-istess waqt min hu bil-paga minima jħallas it-taxxa fuq id-dħul. Ovvjament min kien qed jaħseb li Joseph hu favur il-batut aħjar jerġa’ jaħsibha sewwa għax il-voti (jaħseb Joseph) mhux min hemm iridu jiġu.

L-aqwa li jgħid li hu progressiv. Imma fl-istess ħin hu kontra li tiżdied il-paga minima. Fl-istess ħin ma jaqbilx mal-proposta tal-GWU li biex min jaqlagħha u jiekolha jbati inqas, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata kull sitt xhur mhux kull sena kif tingħata issa. Joseph il-progressiv ma jaqbilx ma dan.

Advertisements