Il-pontijiet ta’ Tonio Borg

 

Il-proċess li bih il-Parlament Ewropew eżamina n-nomina ta’ Tonio Borg kienet opportunita li tikkuntrasta l-politika ta’ gonzipn ma dik Ewropeja.

Il-politika ta’ gonzipn hi wahda ta’ konfront. Dik Ewropeja hi waħda ibbazata fuq il-kunsens.

Gonzipn jippretendi li hu jiddeċiedi u ħaddieħor ibaxxi rasu u jappoġġah. Meta jiddeċiedi jiġi jaqa’ u jqum x’jaħseb ħaddieħor.

Meta sar ir-referendum dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja il-PN ġustament stenna li l-Labour ibaxxi rasu għall-verdett popolari. Il-Labour dan m’għamlux u l-PN baqa’ jfakkru f’dan id-deficit demokratiku repetutament. U għamel sewwa.

Imma l-PN mhux veru jemmen dak li qal għax meta ġie r-referendum dwar id-divorzju kien diffiċli għalih li jaċċetta r-riżultat. Ma riedx ibaxxi rasu għall-volonta’ popolari.

Tonio Borg kien wieħed mill-Membri Parlamentari li minkejja r-riżultat popolari baqa’ sa l-aħħar jisfida l-verdett popolari. Kif jista’ għalhekk jitwemmen meta jgħid u jiddikjara li ma jħallix it-twemmin tiegħu ixekklu fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Kummissarju?   Fil-każ tad-divorzju hekk għamel: mexxa skond dak li jemmen u mhux skond ir-rieda popolari.

Issa qed iwiegħed bil-maqlub.

Meta tqis kemm domna nisimgħu prietki dwar kif kellu l-obbligu li jimxi skond il-kuxjenza u mhux skond dak li iddeċieda r-referendum bil-fors jidħlu dubji serji dwar kif ser jaġixxi bħala Kummissarju.

Għalhekk il-Parlament Ewropew talab dik id-dikjarazzjoni umiljanti, għax dak li qal xorta ħalla d-dubji. Il-kliem meqjus fi tlett siegħat hearing ma ħassrux l-impatt ta’ snin ta’ ħidma politika.

Fid-dawl ta’ dan forsi issa huwa ċar iktar minn qabel li kien ikun ħafna aħjar li l-kandidat Malti għal Kummissarju Ewropew kien wieħed li dwaru kien hemm kunsens bejn il-forzi politiċi kollha. Il-fatt li intagħżel kandidat li dwaru ma kienx hemm kunsens wassal għal trattament umiljanti li seta kien evitat b’kandidat idoneju.

Issa li ġie approvat minkejja vot qawwi kontra tiegħu Tonio Borg għandu l-obbligu li jassigura li l-ħidma tiegħu tkun waħda li tħares il-valuri Ewropej u in partikolari d-drittijiet tal-minoranzi.

Id-dikjarazzjoni li Tonio Borg għamel wara l-elezzjoni li fi ħsiebu jibni l-pontijiet ma dawk li vvutaw kontra tiegħu hu sinjal pożittiv. Nittama li jirnexxilu.

2 comments on “Il-pontijiet ta’ Tonio Borg

  1. Perit Cacopardo,
    jien dizappuntat ghaliex jidher car li l-hekk imsejjha ‘Unjoni’ Ewropeja fil-verita mhiex Unjoni izda Ewropeja Fragmentata li tikkonsisti fi Gruppi parlamentari b’bosta MEPs li mohhom mhux l-interess ta’ l-Ewropa izda l-interess personali u tal-grupp (jew Lobby) partikulari taghhom.
    Unjoni politika ma tezistix u issa jidher li lanqas hemm Idejologija Komuni – kulhadd jigbed ‘l hawn jew ‘hemm u l-Ewropa tkompli niezla n-nizla kerha li tinsab fiha.
    Jien jidhirli li mhux sew li l-MEPs ”rabtu” idejn il-Kummissarju gdid Tonio Borg. Dan ma kellu qatt jaccetta li jsir Kummissarju taht ic-cirkustanzi li sab ruhu fihom. Fejn ;huma l-principji? fejn l-etika professjonali?
    Issa x’ser jaghmel – jimxi fuq it-twemmin u ragunar personali jew (kif wieghed) ibaxxi rasu ghal dak li ighidulu ohrajn?
    Dak li gara juri li l-Ewropa mhux veru li temmen fid-Diversita. L-ewwel qacctet lil John Dalli ingustikament; imbaghad hatret Kummissarju b’idejh marbutin warajh.
    Din serjeta, Baroso et al? Kif tista’ l-Ewropa tqum fuq saqajha meta jidher car lt-tahwid li jezisti fl-oghla quccati taghha?

  2. Bhalma f’parlament nazzjonali il-gvern u l-ministri jirriflettul-opinjoni (ideologija jekk trid…) tal-maggoranza tal-membri parlamentari, l-istess (bejn wiehed u iehor) fil-parlament Ewropew, fejn il-kummissarji (‘gvern’) jirrifletti l-opinjoni tal-maggoranza tal-membri parlamentari. Ideologija wahda – dak argument perikoluz hafna – il-pajjizi b’ideologija wahda huma jew kienu l-Korea ta’ Fuq, l-Iraq taht Hussein, l-Istalinizmu Sovjetiku, ic-Cili ta’ Pinochet u l-Germanja Nazista. Alla hares qatt nispiccaw ‘b’ideologija wahda’.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s