Tonio Borg : lejlet il-vot

Il-Parlament Ewropew għada jivvota dwar jekk in-nomina mill-Gvern Malti ta’ Tonio Borg bħala Kummissarju Ewropew hiex waħda aċċettabbli.

Bl-appoġġ tal-Partit Popolari, l-Konservattivi, l-partiti tal-lemin (inkluż dawk ta’ Bossi u Le Pen) u numru mdaqqas mill-grupp soċjalista probabilment li jkun approvat b’mod partikolari wara d-dikjarazzjoni li iffirma. L-opposizzjoni ġejja mill-Liberali, mill-Ħodor, minn parti mis-Soċjalisti (fuq quddiem MEPs nisa u LGBT) u l-bqija tax-xellug.

Intqal ħafna dwar il-kandidatura ta’ Tonio Borg. Kull min ikkritikah għamel dan mill-ottika tiegħu.

Da parti ta’ Alternattiva Demokratika ikkritikajna n-nomina tiegħu bħala waħda li m’hiex addattata u dan in vista tal-posizzjonijiet politiċi li ħa matul il-karriera politika tiegħu. Hemm politiċi oħra li huma inqas kontroversjali u li ma ħadux posizzjoni ta’ konfront kontra l-gays u kontra d-divorzju . Il-posizzjoni ta’ Tonio Borg favur politika inumana dwar l-immigrazzjoni ġiet manifestat bl-appoġg da parti tiegħu għall-ftehim ta’ Berlusconi ma Gaddafi li bih bagħat l-immigranti lura fil-Libya għas-swat u t-tortura. Ġiet manifestata ukoll meta bagħat lura l-immigranti mill-Eritrea li spiċċaw sparixxew jew ġew ittorturati u dan kif ikkonkludew l-Amnesty International u l-UNHCR.

Filwaqt li hu floku li jingħad li matul il-hearing ta’ tlett siegħat li kellu fil-Parlament Ewropew Tonio Borg wera li kellu konoxxenza tajba tad-dikasteru  assenjat lilu naħseb li jkun għaqli li jkun emfasizzat li fi tlett siegħat ma tistax tħassar dak li tkun għamilt matul karriera politika sħiħa. Tista’ tipprova tispjega imma trid tkun konsistenti. Jekk ma tkunx ma tistax tikkonvinċi.

Matul it-tlett siegħat tal-hearing Tonio Borg impressjona li kien teknikament kompetenti. Iżda diversi li kellhom dubji dwar kemm il-passat hu mera tal-futur baqgħu bid-dubji. Għalhekk talbuh jagħmel dikjarazzjoni.

Id-dikjarazzjoni li Tonio Borg iffirma tiftaħ beraħ l-issue tal-abort. Il-PN tkaża meta MEPs mill-PL ivvutaw favur riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew li kellha referenzi mill-iktar indiretti għall-abort u dan fil-kuntest ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kienu l-akkolti ta’ Tonio Borg fil-kampanja ta’ emendi kostituzzjonali dwar l-abort li fetħu l-kanuni. Issa naraw kemm huma lesti li jitkellmu fil-pubbliku dwar id-dikjarazzjoni ta’ Tonio Borg u kemm din tfisser appoġġ inkondizzjonat għall-abort fejn l-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel dan.

Bid-dikjarazzjoni li iffirma Tonio Borg issa intrabat pubblikament li jpoġġi l-kuxjenza tiegħu fil-ġemb u jimplimenta dawk ir-rizoluzzjonijiet li ivvutaw favur tagħhom tal-Labour!

Dikjarazzjoni bħal din mhux kulħadd jagħtiha l-istess piz. Għax daqqa ta’ pinna ma tħassarx dak li temmen.

3 comments on “Tonio Borg : lejlet il-vot

  1. Jien naqbel man-nominazzjoni ta’ Dr. Tonio Borg ghal-Kummissarju Ewropew, pero` nahseb li wasal iz-zmien li d-demokrazija f’dan il-pajjiz (anke fl-Ewropa) tikber fis-sens li mhux ikun persuna wahda (f’dan il-kaz il-Prim Ministru) li jaghzel min sejjer ikun Kummissarju Malti, izda ghandu jkun il-poplu b’vot dirett. Pero` dan wara ma jkunx soggett ghall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u ovvjament l-istess fis-27 pajjiz ta’ l-Unjoni.

    • Ovvjament hemm hafna metodi kif issir l-ghazla. Alternattiva Demokratika jidhrilha li l-persuna maghzula ghandha tkun wahda li barra li tkun integra u kompetenti (Tonio Borg hu kemm persuna ta’ integrita’ kif ukoll kompetenti) trid tkun persuna li dwarha jkun hemm kunsens.

      Minhabba l-posizzjonijiet politici li ha Tonio Borg ma setax ikun hemm kunsens dwaru. Dak li qed jigri bhalissa fil-Parlament Ewropew hu prova ta’ dan. F’dan il-mument ta’ kontroversja minhabba l-kaz ta’ John Dalli Malta htiegilha kandidat li jnissel l-inqas kontroversji possibli biex il-kapitlu jinghalaq malajr kemm jista’ jkun.

      Fl-ahharnett mhux possibli li ma jsirx skrutinju mill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew hu maghzul b’mod demokratiku u ghandu diversi obbligi skond it-trattati.

  2. Issa jidher car li l-UE hija fragmentata. Id-diversi sezzjonijiet ta’ MEPs principalment jinterresshom li jkomplu bil-”lobbying” favur dak li jemmnu fih akkost ta’ kollox. Fejn hija l-Unjoni, it-twemmin fid-Diversita li l-U.E. suppost li temmen fihom?
    Tajba din: iridu jorbtu idejn il-Kummissarji billi jgaghluhom jiffirmaw Dikjarazzjonijiet! Din serjeta? Din oxxenitaj inaccettabbli u l-mexxejja prezenti ta’ l-U.E. (Baroso, Merkel, Hollande…) imisshom ihammru wicchom jaraw dawn l-affarijiet grotteski jsehhu minghajr l-involviment taghhom sabiex l-affarijiet jittrangaw.
    Min irid ikun Kummissarju Ewropej taht dawn ic-cirkustanzi? Trid tkun iblah biex taccetta li tahdem meta taf li haddiehor ser jikkontrollak u jiggbidlek l-ispaga! Jiddispjacini nghid li Dr. Borg ma missux iffirma d-Dikjarazzjoni li ifirma.
    L-U.E. tbiddlet, giet ”hijacked” u huma c-Cittadini Ewropej li jbatu l-konsegwenzi….

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s