Il-Kap tal-Verifika Interna tal-Gvern (Internal Audit and Investigations) qed tiġi investigata fuq allegazzjonijiet ippubblikati mill-gazzetta Malta Today li ħadmet bħala konsulenta u tat pariri lil ditta barranija dwar il-possibilita’ ta’ xiri tal-Casino di Venezia. Il-Kap taċ-Ċivil kellu jagħmel investigazzjoni!
Fiex waslet din l-investigazzjoni ma nafx. Nistennew u naraw xi skużi ser jinġiebu!
Issa ħarġet waħda aħjar! Fil-Parlament intqal li l-Ombudsman (il-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino) filwaqt li hemm l-obbligu li ma jagħmel l-ebda xogħol barrani kien qed jagħmel xogħol ta’ arbitraġġ fiċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ.
L-Ombudsman meta mistoqsi dwar dan ikkonferma u qal li dak li kien qed jagħmel seta jagħmlu.
Dan kollu irriżulta minn mistoqsija Parlamentari ta’ Helena Dalli lill-Ispeaker li ġiet imwieġba nhar is-6 ta’ Novembru 2012. Mid-dokumenti li gew ippubblikati mill-Ispeaker liema dokumenti jikkonsistu f’ittri mktuba mill-Ombudsman, l-Ispeaker u l-Avukat tal-Ispeaker jirrizulta ħafna logħob bil-kliem jekk il-kliem preċiż tal-liġi tal-Ombudsman huwiex ċar li din il-ħidma (ta’ arbitraġġ) tal-Ombudsman ma tistax issir.
L-Ombudsman il-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino jgħid li dak li għamel seta jagħmlu. L-avukat tal-Ispeaker jaqbel miegħu u jgħid li l-liġi tagħti lok għal interpretazzjonijiet varji.
In vista ta’ dan kollu u wara li nxteħet dubju li seta kien hemm konflitt mal-kariga li jokkupa l-Ombudsman iddeċieda li ma jaċcettax iktar inkarigi li jagħmilha ta’ arbitru. L-Ispeaker nhar is-6 ta’ Novembru 2012 informa lill-Ombudsman bil-miktub u qallu hekk:
“Jiena tal-fehma li fl-aħjar interess tal-uffiċċju tal-Ombudsman u tal-fiduċja pubblika f’tali uffiċċju, sabiex ikun evitat kull ekwivoku jkun għaqli li l-Ombudsman u l-Kummissarji nominati taħt l-Att dwar l-Ombudsman m’għandhom jagħmlu l-ebda ħidma oħra għall-qliegħ jew rikompens iehor, anki jekk din il-ħidma ssir b’mod okkazjonali.”
Qegħdin tajjeb. Dawk li ġew maħtur biex jgħassu għandhom bżonn ikunu mgħassa huma! L-ewwel l-awditur intern tal-Gvern u issa l-Ombudsman.
Naħseb li la l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-anqas is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkarigata mill-Verifika Interna m’huma ser jirreżenjaw. Bil-kemm ma jistennewx li ngħidulhom prosit.
Qiesu ma ġara xejn! Dawn huma l-valuri godda tal-pajjiz.
Carm, wasalna fi stat li l-Gvern johrog ghonqu ghal min jikser il-ligi jew jikser kull eltika u dawk li jimxi maghha strattament ghall-gid nazzjonali jurihom il-bieb ta’ barra. Ara x’ghamlu lill-Joe Falzon l-Awditur tal-MEPA ghax mexa fl-interss tal-poplu. Ara li kieku kien xi hadd bhal John Dalli li nafu li mhux qieghed tajjeb mal-Gvern u l-Partit ixandruh mal-erba’ t’irjieh u jaghmlu elf programm televiziv minn gurnalisti indipendenti biex ipinguh ikrah. Imma lil dawk ta’ gewwa ghalihom kollox possibbli. Li kieku kien Gvern u Prim ministru serju kieku kien kemm lil dik li kap tal-verifika tal-gvern kif ukoll lill-Ombudsman kienu jurihom il-bieb ta’ barra u jtihom nofs siegha zmien. Imma, ghalkemm qatt ma qbilt ma dak li kien jghid Alfred Sant, illum nirrealizza li dan kellu ragun u li dan il-gvern huwa mmexxi mill-hbieb ghall-hbieb. U mbghad ibezzu l-elettorat li jekk jitla’ gvern laburista jerga’ jehodna ghat-80. Kif jista’ jkun meta diga qeghdin hemm!
Konferma wara l-ohra li din l-hekk imsejha ”amministrazzjoni pubblika” hija wahda rresponsabbli li mhiex kapaci tassigura etika u serjeta minn dawk mahturin minnha fl-aktar postijiet gholja. Iridu jkunu l-gurnalisti biex jikxfu l-abbuzi….
Niskanta kif l-Ombudsman jidhirlu li seta’ jaghmel dak li gie rrappurtat li ghamel – u li hu ma nneggax. Forsi ghamel li ghamel mhux ghall-flus imma ghad-delizzju!
Ghamel sew l-Ispeaker ordnalu jieqaf minn dak li kien qed jaghmel.
Certament li din hi amministrazzjoni ma temminx – u ma tipprattikax – l-etika, s-serjeta, u it-trasparenza.
Mohhhom biss li jroxxu l-flus u l-favuri fuq il-hbieb ta’ gewwa – waqt li l-poplu jibqa’ barra mistaghgeb bl-oxxenitajiet li jara isehhu madwaru….fil-Qrati, fil-Parlament u issa fl-Ufficcju ta’ l-Ombudsman ukoll.
Niftakru hafna affarijiet koroh, bhal, per ezempju, it-twarrib tal-Periti Joseph Falzon u Carmel Caccopardo mix-xoghol serju li kienu jghamlu fil-MEPA bhala Awdituri favur l-Ambjent Nazzjonali. U r-ragunijiet banali li nghataw ghal dan!
Il-poplu, pero jaf li Caccopardo u Falzon kienu irgiel u rifsu wisq kallijiet waqt il-hidma professjonali taghhom – u kien ghalhekk li twarrbu!
Malta marret minn taht waqt li irrenja l-interess politiku….