Gonzi u l-gass

Kont preżenti għall-inawgurazzjoni tal-impjant tal-gas f’Bengħajsa li ser jieħu post l-impjant tal-Qajjenza f’Birżebbuġa.

Fid-diskors tiegħu Lawrence Gonzi qal li l-power station ta’ Delimara  tkun konvertita għall-gass meta jiġu l-fondi mill-Unjoni Ewropea. Jiġifieri irridu nistennew id-deċiżjoni dwar il-budget tal-EU għall-perjodu 2014-2020.

Fil-waqt li l-Kummissjoni Ewropea jidher li qablet mal-Gvern fuq l-utilita għall-Malta u l-politika tagħna tal-enerġija li dan il-proġett iseħħ, min-naħa l-oħra għadu m’huwiex ċar x’ser jigri mill-budget Ewropew. Id-diskussjonijiet ma tantx jidher li mexjin il-quddiem.

Kif irrappurtat il-Financial Times, nafu li in-negozjati dwar il-budget tal-EU waqfu (EU budget talks collapse). Ir-Renju Unit,  l-Olanda u l-Iżvezja jridu tnaqqis fil-budget tal-EU. M’humiex jaqblu mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jkun hemm żieda u dan għal raġuni ovvja: huma fost il-pajjiżi li jħallsu iktar milli jirċievu u għandhom pressjoni  politika li bħalma sar tnaqqis fin-nefqa domestika għandu jkun hemm ukoll tnaqqis fil-kontribuzzjoni tagħhom fl-EU.

Dwar dan messu tkellem Lawrence Gonzi.   Dwar il-preokkupazzjoni li l-opposizzjoni tar-Renju Unit, l-Olanda u l-Iżvezja għall-budget propost mill-Kummissjoni Ewropea tista’ toħloq diversi diffikultajiet għal dan il-proġett essenzjali għal Malta.

Advertisements

2 comments on “Gonzi u l-gass

  1. Perit, imissek taf li dan il-Prim Ministru kapaci hafna li jghid biss dak li jkun irid ibella’ lill-poplu. Fatti krucjali negattivi – bhal dak li inti spjegajt tant tajjeb fl-artiklu – Lawrence Gonzi zgur li ma jsemmihomx.
    Huma affarijiet bhal dawn li jiddizzappuntaw lic-cittadin ghaliex dan malajr jifhem li praspuri bhal dawn ifissru biss arroganza kbira, kilba ghall-poter u nuqqas ta’ onesta.
    Dr. Gonzi fil-bidu irnexxielu jidhak bin-nies pero issa huma bosta li ighidulek car u tond li m’ghadhomx jafdawh.
    Biex tghaxxaqha dan l-ahhar Il-Prim Ministru rega’ hareg ta’ giddieb u onestament nibza li tilef kull kredibilita.
    Rigward l-EU jien kont ivvutajt biex Malta tidhol membru. Imma deluz bil-hafna ghaliex jidher car li l-fatt li m’hemmx unjoni pulitka (political union) fl-E.U. ifisser li QATT ma jista’ jkun hemm ghaqda soda. Barra minn hekk l-E.U. bhal hawn Malta: mhux x’kapacitajiet personali ghandek imma ghidli minn min tigi; f’liema klabb politku inti membru; ghal liema ”lobby” bihsiebek tahdem, etc.
    Haga ghaqlija li l-Finanzi ta’ l-Unjoni qed ikunu ezaminati (”audited”) mhux minn Ekonomisti izda minn Avukati? Dawn x’affarijiet huma? Mhux ta’ b’xejn li l-Grecja, l-Irlanda, etc irnexxielhom jidhku bl-Awdituri Ewropej ghal bosta snin tant li fl-ahhar farrku l-ekonomiji ta’ pajjizhom!
    U haga ohra: xi Kwalifici jehtieg li dak li jkun ikollu sabiex jintghazel bhala Kummissarju? Possibbli li dak nominat isir espert fil-qasam partikuli meta jkun ha biss ginghatejn ”privat” qabel isirlu ”l-ezami” minn l-MEPs ghall-”hatra” tieghu?
    Mhux ta’ b’xejn li l-Unjoni Ewropeja sejra lura serjament….Dawn l-affarijiet jehtieg li jittrangaw ghaliex hemm kussna fin-nofs!

Leave a Reply to Drinu Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s