Mhux aħjar tirtira n-nomina ?

Qabel ma Lawrence Gonzi innomina lil Tonio Borg bħala Kummissarju Ewropew suċċessur Alternattiva Demokratika kienet insistiet li kien neċessarju li l-kandidat Malti jkun wieħed riżultat ta’ kunsens. Kandidat li fuqu jkun hemm qbil.

Lawrence Gonzi ma qabilx: webbes rasu u innomina lil Tonio Borg.

In-nomina ta’ Tonio Borg ma kienitx adatta għal Malta. Kienet adatta għal Gonzi għax warrablu minn Viċi Kap tal-PN.

Kuljum qed jintqalu affarijiet ġodda dwar Tonio Borg. Issa intqal li l-Parlament Ewropew qed jinvestiga materja ta’ serjeta’ kbira li fiha qed jissemma isem Tonio Borg: il-permess ta’ residenza ta’ dak li kien ħaten il-mexxej tal-Kazakstan. Il-Euractiv.com dal-għodu qaltilna : Malta’s choice for Commission faces grilling over Kazakh connection.  Din il-materja qamet ukoll dal-għodu waqt il-konferenza stampa li l-Kummissjoni Ewropeja tindirizza kuljum fi Brussels.

X’jonqos?

Mhux aħjar tirtira n-nomina ta’ Tonio Borg Dr Gonzi, qabel ma tkompli timbarazza lil Malta?

2 comments on “Mhux aħjar tirtira n-nomina ?

  1. Dwar in-nomina ta’ Tonio Borg, nghid biss li ma naqbilx li ufficjali ta certu rang ghandhom ikunu maghzula minn persuna wahda – il-Prim Ministru, izda b’kunsens popolari.

  2. Jien naqbel li decisjoni bhall din ghanda tittihed mil-parlament ghax dan ser jirrapresenta lill Malta kollha u mhux decisloni ta’ wiehed .Dan l-ahhar hekk sirna..L-ewwel naghzlu imbaghad
    niddiskutu .ez.L-Isptar St ,Philip. Tajjeb li jkun hawn xi hadd itina informazzjoni bhall din.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s