Il-Kappillan jagħtiha għall-business

 

F’Għajn Qasab limiti tan-Nadur Għawdex l-inkwiet għadu għaddej. L-Kappillan tan-Nadur qed jagħmel biċċa business bl-oqbra. Business li wiret mill-Kappillan ta’ qablu. Qaluli li hu speċi ta’ timeshare bl-oqbra.

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni għaddej u l-ħsara lill-biedja fl-inħawi m’hiex żgħira. Is-sistema ta’ irrigazzjoni li ilha taħdem minn żmien il-kavallieri ġiet imħarbta biex il-Kappillan jagħmel il-business bl-oqbra. Sa minn żmien il-kavallieri missierijietna kienu għaqlin biżżejjed biex fasslu sistema li iżżomm l-ilma u titilqgħu ftit ftit. Hekk li meta tagħmel ix-xita l-ilma jinħażen u matul is-sena sa Awwissu u anke Settembru titlaq dan l-ilma ftit ftit. Dan l-ilma għal dawn l-aħħar tlett mitt sena intuża biex f’Għajn Qasab hemm qasam kbir mimli siġar taċ-ċitru. Issa l-ilma naqas. Jiġi f’daqqa malli tagħmel ix-xita u wara ftit li xejn.

L-effetti fuq il-bdiewa ġja bdew. Raba’ mingħajr ilma matul is-sena bil-fors tnaqqas il-frott li trodd.

 

Il-Kappillan inkwetat. Mhux għall-bdiewa u l-għixien tagħhom li hu mhedded. Hu inkwetat li l-appell fil-MEPA kontra l-bini taċ-ċimiterju għadu għaddej u ma jafx meta ser ilesti. Min tah il-flus għall-oqbra qed igorr.

 

Jiena infurmat li din il-ġimgħa dawk viċin il-kappillan bdew jiġbru l-firem. Lin-nies qalulhom li dwar il-permessi għad hemm il-problemi. Imma li l-business tal-Kappillan qed jagħmel il-ħsara lill-bdiewa ħadd ma qalilhom xejn dwaru.

Dwar dan messu jitkellem Dun Mario!

2 comments on “Il-Kappillan jagħtiha għall-business

  1. Din hija s-sena tal-FIDI ghalina l-INSARA. Din il-fidi f’ALLA qieghda tigi mtappna b’hafna skandli madwar id-dinja specjalment gewwa l-EWROPA. Il-hasra hi li l-knisja kattolika kellha sehem ukoll. Dan li qieghed jigri go GHAWDEX ma jghinx! Il-bniedem jitwieled b’xejn minn guf ommu……fl-ahhar ta’ hajtu ma jiehu xejn mieghu.

  2. APPARTMENTI GĦALL-MEJTIN

    Prosit Carm, tajba ħafna.
    Immisna nibdew petizzjoni aħna wkoll u niġrbu l-firem biex nibgħatuhom kemm lill-Knisja, llll-Gvern, lill-Opposizzjoni u anki lill-Vatikan. Jidher li fejn jidħlu l-flus hawn Malta ma hemm l-ebda kuxjneza soċjali u ekoloġika, sfortunatament lanqas fil-Knisja. It-twemmin nisrani jiġi wara.

    Darba kont ktibt li għad jiġi żmien meta l-mejtin għad jisħtu l-ħajjin dwar iċ-ċimiterju tan-Nadur f’Għawdex. Nixtieq nara minn sejjer inaqqax ismu fuq l-irħama meta jinfetaħ dan iċ-ċimiterju. Naħseb li jrid ikun hemm irħana kbira mhux ħażin għaliex dawk li taw sehomhom huma ħafna bħal ngħidu aħna d-djoċesi Għawdxija, Il-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-Mepa, dawk li tħallsu biex għamlu r-rappport li jiġġustifika dan l-isfreġju tal-ambjent. U mhux biss l-isem tal-entitajiet fejn wrajhom jinhbew in-nies responsabbli imma ismijiet ta’ minn huma. Il-Kappillan tan-Nadur naħseb li jikkwalifika biex ikun fuq ras-il-lista.

    Wasalna fi stat redikoluż issa li qed nibnu appartamenti għall-mejtin.

    Ara l-artiklu tiegħi hawn
    http://alfredbaldacchino.wordpress.com/2010/06/21/the-nadur-cemetery-%E2%80%93-where-the-dead-will-haunt-and-curse-the-living/

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s