Hekk sew? Bormla jixirqilha aħjar!

 

Il-bieraħ il-Ħadd 28 t’Ottubru ħadt sehem ma mijiet ta’ persuni oħra, prinċipalment residenti Bormliżi fi protesta dwar l-istat li fih tħalliet Bormla.

Il-proġett tar-riġenerazzjoni taż-żona madwar il-Baċir Numru 1 suppost ilu x-xhur lest. Min flok m’hu lest issa l-Gvern qed jgħid li ser jikkonkludi dwar l-aħħar tender u x-xogħol mistenni jitlesta sa Lulju li ġej.

Din hi diska li ilna nisimgħu. Dati li ma jinżammux, u ġimgħat sħaħ li ma jitfaċċa ħadd biex jagħmel b’karlin xogħol!

Mhux biss id-dewmien hu problema. Iżda id-dewmien innifsu qed jikkawża problemi oħra. Fil-maltempata tal-ġimgħa l-oħra (nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru)  l-ħwienet tax-xatt reġgħu egħrqu. Stqarrija tal-Gvern qalet li dan m’għandu x’jaqsam xejn mal-proġett, għax, skond l-istqarrija s-sistema tad-drenaġġ f’dawk l-inħawi ilha difettuża!

Tajba din. Jiġifieri dawn qed jgħidulna li ser jintefqu dawk il-flejjes kollha u ma ikkunsidrawx ukoll li jtejbu s-sistema tad-drenaġġ li kienu jafu li hi difettuża? Jidher li  dawn għadhom jirraġunaw li wara li xi darba l-proġett ikun lest ser jiġi xi ħadd ieħor, jerġa’ jaqla’ t-triq biex jirranġa s’sistema tad-drenaġġ!

Dan x’ikun jekk mhux inkompetenza grassa fl-ippjanar ta’ proġetti. Ħela ta’ flus u tmexxija ħażina.

Sadanittant il-Bormliżi u kull min jiffrekwenta Bormla b’mod regolari ma jistax jinqeda sewwa. Tal-ħwienet naqqsu l-bejgħ drastikament. Kellna diversi li weġġgħu u saħansitra kien hemm każ ta’ mara li mietet wara li weġġgħet.

Hekk sew?  Bormla jixirqilha aħjar.

One comment on “Hekk sew? Bormla jixirqilha aħjar!

  1. Ahna l-Bormlizi dejjem hekk stmawna.Id -difett qieghed ghand min imexxi.Kif ghidt int.Mela l-ewwel isewwu it-trieq.Imbaghad jigi haddiehor isewwi d-drenagg.La jafu li hu difettus ghax ma’j’sewwuhx mil-ewwel.Il-Kuncizzjoni ghaddiet fil-herba.Issa anke l-Irxoxt gej l-istess,l-aktar zewg festi ghall qalb il-Bormlizi.
    .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s