Ħalluna naħdmu ………ħalluna ngħixu

Ħalluna naħdmu.

Hekk qal l-iżviluppatur Sandro Chetcuti waqt laqgħa organizzata man-nies tan-negozju mill-Partit Laburista. Dan hu slogan li qed jintuża issa biex ifisser ġlieda kontra l-burokrazija. Fost oħrajn kontra l-hekk imsejħa burokrazija fil-MEPA.

Qalulna li fil-Ġermanja permess ta’ żvilupp joħroġ fi tlett xhur iżda f’Malta jieħu ta’ l-inqas tmien xhur.

Li ma qalulniex li f’Malta l-industrija tal-bini tħalliet għal snin sħah tagħmel prattikament dak li trid. Bil-konsegwenza li presentement hawn iktar minn 70,000 post residenzjali vojt. Dawn il-postijiet vojta huma ekwivalenti għal 9 darbiet daqs iż-żona residenzjali ta’ B’kara.

Ma qalulniex li minkejja l-attaparsi kontrolli l-MEPA ħarġet permessi li qatt ma kellhom joħorġu.

Il-Lidl ta’ Ħal Safi inbena bħala riżultat ta’ permess ta’ żvilupp li qatt ma kellu joħroġ. Tant li wara li l-Uffiċjal tal-Verifika (Audit Officer) tal-MEPA fi Frar 2008 ikkonkluda l-investigazzjoni tiegħu kienet irreżenjat il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp.

Il-Lidl ta’ Ħal-Luqa mhux biss nbena f’żona li ma kienx permess li jsir dan il-bini talli l-parkeġġ tiegħu qiegħed sitwat taħt l-aħħar parti tal-flight path għall-mitjar internazzjonali ta’ Malta. Jiena infurmat li waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fis-sit tal-Lidl f’Ħal-Luqa minħabba l-jib tal-krejnijiet li kien hemm fil-parking area l-aċċess għall-mitjar ingħalaq għal xi ħin. Huma u neżlin l-ajruplani tant ikunu fil-baxx meta jkunu fuq il-parkeġġ tal-Lidl ta’ Ħal-Luqa li kien hemm periklu serju ta’ inċident minħabba dawn il-krejnijiet.

Il-problemi konnessi mal-MEPA huma is-swaba politiċi li hemm fiha l-ħin kollu. Ir-riforma tal-MEPA ma indirizzatx l-iżjed element essenzjali u ċjoe kif jinħatru dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dwar dan Alternattiva Demokratika fil-manifest elettorali li ser tippreżenta għall-elezzjoni ġenerali li għandna wara l-bieb ser terġa’ tipproponi soluzzjoni li lill-politiku toħorġu l-barra mill-proċess li permezz tiegħu preżentement qiegħed involut direttament fid-deċiżjonijiet u minflok issaħħaħ ir-rwol tiegħu (tal-politiku) fejn tidħol is-sorveljanza.

Il-MEPA għandha rwol importanti. Sfortunatament m’hiex titħalla taqdi dan ir-rwol. Tkun tista’ taqdi dan ir-rwol meta jinħatru persuni kapaċi fit-tmexxija tal-MEPA. Dawn il-persuni jeħtieġ li jkunu disponibbli biex kontinwament jagħtu kont ta’ egħmilhom. Ir-rwol tal-MEPA mhux biss li toħroġ jew iżżomm il-permessi tal-iżvilupp. Fuq kollox għandha l-obbligu li fid-deċiżjonijiet tagħha u permezz tagħhom tassigura li l-kwalita’ ta’ ħajja li ngħixu lkoll kemm aħna titjieb.

Biex dan ikun jista’ jsir il-MEPA trid trabbi is-snien mal-Gvern u l-awtoritajiet pubbliċi. (Għax fost l-agħar deċiżjonijiet tal-MEPA hemm dawk fejn huwa involut il-Gvern: il-power station f’Delimara, il-Freeport f’Birzebbuga, l-impjant tal-iskart ta’ Sant’ Antnin f’Marsaskala……) Meta dan ikun jista’ jsir, imbagħad  ikun possibli li jingħad li l-MEPA qed taqdi l-missjoni tagħha.

Ħalluna ngħixu!

Advertisements

5 comments on “Ħalluna naħdmu ………ħalluna ngħixu

  1. Ghalkemm jghidu li f’Malta kollox hu possibli, Carm ma nahsibx li dan li qed tisuggeriexxi int – li l-MEPA turi s-snien mal-gvern – huwa possibbli! Ma jaqbel ghal hadd hlief ghac-cittadin, u ghalhekk ma jsirx.

  2. Board members and senior officers need to be held personally responsible for their actions (or inaction).

    Simply resigning & you’re let off scot free – is a recipie for abuses…or rather… for following the political strings blindly.

    Look forward for AD’s proposals in the electoral manifesto in this regard.

  3. Mhux dan biss Perit….u xi nghidu ghal dak li qed jigri wara Triq Borg Olivier fir-Rabat, Malta, fejn inghata permess ghaxart ijiem qabel l-elezzjoni tal-2008 sabiex jinbnew 3 vilel u 3 swimming pools f’art li hija meqjusa bhala akkwata ta’ konservazzjoni!……..u fejn ma ttiehdu l-ebda passi biex dan il-permess jigi rrevokat.

    • Dan li qed tghid inti, Sur Camilleri, hu l-ikbar prova kemm is-sistema m’hiex tahdem sewwa. Favur l-izviluppatur bi ksur sfaccat ta’ decizjonijiet fil-pjani lokali. L-istorja ta’ Triq Borg Olivier Rabat ghad mhiex lesta. Ghad trid tinkiteb!

  4. Il-MEPA kienet u baqghet inefficenti ghax hekk jaqbillu l-politikant. Taht amministrazzjonijiet successivi l-MEPA serviet ta’ ”screen” u l-politikant inqeda biha biex joghgob spekulaturi irresponsabbli u b’hekk jakkwista l-appogg u, bosta drabi, l-finanzi, minghandhom.
    Dan sar ukoll taht l-amministrazzjoni prezenti mmexxija minn Lawrence Gonzi li jippredka haga u jaghmel ohra. Jippriedka li jhobb il-familja Maltija u lil din qed jeqridha – permezz ta’ gholi esagerat tal-hajja, nuqqas ta’ kontroll fuq loghob (Lotto, SuperFive….), tixrid bla kontrol ta’ drogi, xorb, kuntrabandu, Din l-amministrazzjoni tibqa’ mfakkra ghall-inefficenza governattiva, tberbiq ta’ flus nazzjonali ghal finijiet politici, pjanijiet li fallew, konsulenti bla bzonn….
    Ilna xhur twal minghajr Parlament effettiv….il-”business” jinsab ”rock bottom” u Lawrenz Gonzi jkompli jipprova jghaddi biz-zmien lic-cittadin. Kien weghdna li ser jirriforma lill- MEPA izda ma ghamel xejn minn dan hlief li tnehha l-Awditur tal-MEPA Joseph Falzon li kien iserva ta’ xewka ghal hafna spekulaturi u ohrajn. Min jista’ jibqaghlu fiducja f’dan il-Prim Ministru?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s