Il-Birgu: min ser jagħti każ?

Għall-Gvern ta’ Gonzi naħseb li l-Birgu hu importanti. Mhux biss għax tifforma parti mit-Tieni Distrett Elettorali li minnu Lawrence Gonzi jiġi elett fil-Parlament.

Fil-Birgu m’hemmx biss il-jottijiet. Forsi l-Gvern jinduna li hemm ukoll jgħixu in-nies.

In-nies mhux qegħda hemm biss biex tivvota, meta jiddeċiedi li tissejjaħ elezzjoni. In-nies teħtieġ li tgħix f’ambjent suriet in-nies.

Agħti ħarsa lejn Triq San Lawrenz.  Żmien twil ilu, xi sitta jew seba’ snin ġew mgħoddija xi servizzi  minn din it-triq u allura kellha tinqala’. Is-servizzi jidher li tqegħdu imma t-triq għadha b’wiċċ tal-konkos u mhux faċli li tgħaddi minnha wara li tkun għamlet ħalba xita bħalma għamlet dal-lejl.

Jidher li m’hemmx qbil dwar min ser iħallas. Jekk hux il-Kunsill inkella il-Gvern.

Għaddew  iktar minn 6 snin. Il-Gvern ta’ Gonzi jibqa’ jippika ma’ Kunsill Lokali. Sadanittant in-nies tibqa’ tipprova tuża’ triq imħarbta.

One comment on “Il-Birgu: min ser jagħti każ?

  1. Tghid ser issir issa-ghax waslet l-elezzjoni.It-Trieq tac-Cawsli bejn il-Fgura u Haz-Zabbar saret din il-gimgha wara hafna snin.??????

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s