Għall-Gvern ta’ Gonzi naħseb li l-Birgu hu importanti. Mhux biss għax tifforma parti mit-Tieni Distrett Elettorali li minnu Lawrence Gonzi jiġi elett fil-Parlament.
Fil-Birgu m’hemmx biss il-jottijiet. Forsi l-Gvern jinduna li hemm ukoll jgħixu in-nies.
In-nies mhux qegħda hemm biss biex tivvota, meta jiddeċiedi li tissejjaħ elezzjoni. In-nies teħtieġ li tgħix f’ambjent suriet in-nies.
Agħti ħarsa lejn Triq San Lawrenz. Żmien twil ilu, xi sitta jew seba’ snin ġew mgħoddija xi servizzi minn din it-triq u allura kellha tinqala’. Is-servizzi jidher li tqegħdu imma t-triq għadha b’wiċċ tal-konkos u mhux faċli li tgħaddi minnha wara li tkun għamlet ħalba xita bħalma għamlet dal-lejl.
Jidher li m’hemmx qbil dwar min ser iħallas. Jekk hux il-Kunsill inkella il-Gvern.
Għaddew iktar minn 6 snin. Il-Gvern ta’ Gonzi jibqa’ jippika ma’ Kunsill Lokali. Sadanittant in-nies tibqa’ tipprova tuża’ triq imħarbta.