Fl-opinjoni tiegħi l-prezz miftiehem għall-eventwali biegħ tal-Isptar San Filep mhux wieħed kontroversjali. Tonio Fenech Ministru tal-Finanzi ftaħar fil-Parlament li l-prezz kien bargain. Qal nhar it-Tnejn li għadda illi n-negozjaturi għan-nom tal-Gvern kellhom struzzjonijiet biex jimxu ma’ l-inqas stima (dik tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi) u lil sid l-isptar qalulu take it or leave it.
Frank Portelli sid l-Isptar permezz tal-ishma li għandu fil-kumpanija Golden Shepherd Group Limited ftit seta jinnegozja minħabba l-istat finanzjarju ħażin tal-kumpanija. Kellu jaċċetta prezz baxx : 62% tal-istima oriġinali tal-periti tieghu. Fil-fehma tiegħi l-isptar San Filep jiswa iktar mill-prezz miftiehem ta’ €12.4 miljuni. Imma dik m’hiex problema tal-Gvern, hi problema ta’ Frank Portelli li spiċċa kif spiċċa. Kien qiegħed jinnegozja minn posizzjoni ta’ djgħufija.
Uħud, anke f’kummenti fuq dan il-blog, jaħsbu li l-Gvern mexa b’favoritiżmu ma Frank Portelli minħabba s-sessjonijiet ta’ “qrar” li organizza bejn nagħaġ mitlufa tal-PN u l-Kap tal-PN f’Villa Arrigo qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008. Il-fatti magħrufa s’issa iżda, ma jippuntawx f’din id-direzzjoni.
Il-Ministru tal-Finanzi nhar it-Tnejn fil-Parlament ftaħar li l-istruzzjonijiet li kellu t-team ta’ negozjaturi tal-Gvern kien li ma jiċċaqlaqx mill-iktar stima baxxa u jassigura li l-prezz tal-ftehim finali jkun tali li ma jkunx hemm diffikulta’ dwaru mal-Awditur Ġenerali u Public Accounts Committee. Naħseb li l-Ministru tal-Finanzi jaf daqsi li l-prezz hu biss wieħed mill-kriterji.
Fost il-kriterji l-oħra (kif imfisser f’artikli oħra f’dan il-blog) hemm kemm ser jintlaħqu l-oġġettivi tal-proġett propost.
Meta nhar it-Tnejn fil-Parlament tkellem fuq il-permess meħtieg mill-MEPA biex l-Isptar jikber għall-ħtiġijiet li għandu l-Gvern, il-Ministru Tonio Fenech wera li ma kellux idea x’ser jiġri! Il-Ministru jaf li l-għan li l-Isptar San Filep ikun jista’ jikber għal daqs li joffri 280 sodda hu diffiċli ħafna li jintlaħaq.
Minkejja li l-iskop tal-proġett mhux ċar jekk jistax jintlaħaq il-Gvern xorta ser jgħaġġel jiffirma. Fl-4 snin negozjati ma indenjax ruħu jippreżenta applikazzjoni. Kieku ilha deċiza u kien ikollu kollox bl-iswed fuq l-abjad. Daqstant hu serju l-Gvern!
Il-Maltin ma jinteressahhomx jekk il-Gvern ser jaghmel ”bargain” meta jikri u ‘l quddiem jixtri l-Isptar St. Philip. Il-punt kardinali hu KIF din il-kirja / xirja ser issir – b’mod l-aktar mahmug, minghajr hrug t’applikazzjonijiet, etc, etc.
Dawn affarijiet li jigru f’pajjizi fejn m’hemmx demokrazija vera izda abbuz tal-poter.
Jien niskanta nara li l-E.U., almenu s’issa, ma qal xejn…..Forsi ghax ma jridx itellef lil GonziPN?
Fejn hi t-trasparenza? Din ma tghodd xejn ghal-gvern?
Mhux bizzejjed li l-P.M.: ta’ eluf ta’ Liri Maltin lill-ex Ministri meta, fil-bidu ta’ l-amministrazzjoni prezenti, ma ghazilhomx bhala Ministri? Jidhirli li kien ukoll ta somma simili lill-ex Kap tal-P.L. – forsi biex il-P.L. ma joggezzjonax ghat-tahwid mill-Prim Ministru???
Lawrence Gonzi ghalaq halq il-backbenchers billi tahom ”zieda” ta’ eluf ta’ ewro minn flus il-poplu u baghthom jahdmu (!) bhala segretarji fil-Ministeri – tahwida ohra minn tieghu!
Iz-zieda ta’ e500 fil-gimgha lillu nnifsu u lill-Kabinett (wara dahar il-Parlament) tibqa’ tissemma bhala skandlu oxxen minn Prim Ministru li mohhu biss li juza l-finanzi nazzjonali ghal skopijiet personali u politici.
U issa l-iskandlu ta’ l-Isptar St. Philip! Gonzi sar mazra m’ghonq il-Partit P.N.
Il-Maltin jafu li hu irid jagevola lil Dr. Portelli – li ma jmurx dan jerga jibda jikkritika lill-P.N. kif kien jaghmel darba….U xi forma ta’ hlas ghall-organizzazzjoni minn Dr, Portelli tal-‘qrar’ mal-P.M. f’Villa Arrigo ghandu jkun hemm, heqq!